Ħruġ ta’ tenders għal żvilupp fis-sit tal-ITS f’San Ġiljan

Projects Malta f'isem il-Gvern se tagħti konċessjoni biex isir żvilupp fuq l-ITS f'San Ġiljan u ż-żona

Projects Malta ħabbret ħruġ ta’ tenders għad-disinn, bini u operazzjoni ta’ żvilupp turistiku u ta’ divertiment f’San Ġiljan. Dan għandu jieħu post il-bini preżenti tal-ITS f’San Ġiljan li mistenni jiċċaqlaq lejn Smart City fejn għandu jkun hemm “faċilitajiet ‘world class’”.

Dan kienet ħabbritu l-gazzetta ILLUM fil-ħarġa tagħha tal-25 ta’ Ottubru fejn qalet kif mistennija tinbena lukanda ta’ ħames stilel fl-istess post fejn preżentement jinsab l-Istitut tal-Istudji Turistiċi f’San Ġiljan.

Il-faċċata tal-gazzetta ILLUM tal-25 t'Ottubru li tiżvela pjanijiet għall-ITS f'San Ġiljan u ż-żona
Il-faċċata tal-gazzetta ILLUM tal-25 t'Ottubru li tiżvela pjanijiet għall-ITS f'San Ġiljan u ż-żona

Projects Malta ħabbret kif il-Gvern mistenni jagħti konċessjoni biex isir żvilupp fis-sit tal-ITS u l-art tal-madwar. “Din il-konċessjoni,” tkompli tgħid Projects Malta, “se tikkumplimenta l-pjanijiet tal-Gvern għall-bajja ta’ San Ġorġ f’San Ġiljan.”

More in Politika