L-Ewropa reġgħet trid sistema ta' distribuzzjoni ta' immigranti ...għal darba oħra...

...il-mistoqsija tibqa: din id-darba l-UE se jirnexxielha?

Għal darba oħra l-Unjoni Ewropea u speċifikament il-Kummissjoni Ewropea qed titkellem dwar il-bżonn ta' distribuzzjoni "ġusta" bejn il-pajjiżi membri tal-UE f'dak li jirrigwarda persuni li jaqsmu lejn l-Ewropa. Dan kien żvelat fuq bosta siti tal-aħbarijiet madwar l-Ewropa.  Dak li għal darba oħra se terġa tipprova twettaq l-UE hija forma ta' 'burden sharing' li f'pajjiżna kien hemm ħafna diskors dwaru f'dawn l-aħħar snin. Il-mistoqsija, mhux biss ta' dan is-sit imma ta' ħafna analisti politiċi tibqa, kemm se jirnexxielha l-UE li tikkonvinċi dwar il-bżonn ta' distribuzzjoni ġusta wara li l-Gvernijiet Ewropej ma qablux dwar mekkaniżmu ta' tqassim ġust f'Ġunju li għadda?

Allura dak li l-Gvernijiet Ewropej ma qablux miegħu f'Ġunju li għadda, issa se jaqblu miegħu? Jew se nibqgħu nirriproduċu l-istess reazzjonijiet meta tqum kriżi umanitarja? 

More in Politika