Father għamilt abort ... għid sliema u missierna u d-dnub tiegħek maħfur

Il-Papa Franġisku jgħid illi d-dnub tal-abort jista jinħafer 

Jista jinħafer l-abort bejn it-8 ta' Novembru u s-26 ta' Diċembru 2016
Jista jinħafer l-abort bejn it-8 ta' Novembru u s-26 ta' Diċembru 2016

F'mossa li tista tibgħat xokkijiet qawwijin fost il-kleru u li tista tagħti wkoll aktar riħ lil dik il-fazzjoni fil-Vatikan illi ma tarax għajn m'għajn mal-Papa Franġisku, dan tal-aħħar għadu kemm ħabbar illi d-dnub tal-abort jista jinħafer. Għall-Knisja Kattolika l-abort huwa meqjus bħala att tant gravi li jista jimmerita skomunika. 

Il-Papa Franġisku qal li hu ltaqa' maħ ħafna nisa illi ma kellhom "ebda għażla ħlief" li jagħmlu abort u li f'qalbhom ikollhom il-weġġgħa ta' deċiżjoni "ta wġiegħ u agonija".

Il-Papa iddikjara li l-abort jista jinħafer biss għas-sena tal-Ġubilew mit-8 ta' Diċembru sas-26 ta' Novembru 2016. Huwa wera' wkoll l-għarfien tiegħu illi din id-deċiżjoni tista tinżel ħażin ma' dawk li huma aktar tradizzjonali fil-Knisja Kattolika u fil-ġerarkija tal-istess Knisja.

 

More in Politika