Jew tħaddem sew ... jew ma tiħux kuntratti mill-Gvern

It-tribunal bis-setgħa li jitfa' fil-lista s-sewda impjegaturi li jirrikorru għall-prekarjat jidħol fis-seħħ illum

Kumpanija tista titpoġġa sa sentejn fuq il-lista s-sewda jekk ma' tħaddimx l-impjegati skont il-liġijiet lokali tax-xogħol
Kumpanija tista titpoġġa sa sentejn fuq il-lista s-sewda jekk ma' tħaddimx l-impjegati skont il-liġijiet lokali tax-xogħol

Kumpaniji li jiksru r-regolamenti dwar l-akkwisti pubbliċi jew l-Att dwar l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali jistgħu jispiċċaw fuq lista sewda għal bejn sitt xhur u sentejn hekk kif l-Avviż Legali 68 ippubblikat fis-6 ta’ Marzu jidħol fis-seħħ illum, l-1 ta’ Settembru. Minn mindu nħareġ l-avviż legali, fi ħdan il-Ministeru għall-Finanzi nħoloq Tribunal għas-Sanzjonijiet Kummerċjali bis-setgħa li jipprojbixxi lill-impjegaturi li jinstabu ħatja milli jieħdu sehem fl-akkwisti pubbliċi tal-Gvern. It-Tribunal huwa ppresedut mis-Sra Denise Vella u bħala membri għandu lis-Sur Reggie Fava u lis-Sur Richard Matrenza.

Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna, irrimarka li din il-miżura, li għandha l-għan li tiggarantixxi kundizzjonijiet diċenti tax-xogħol għall-ħaddiema kollha, tantiċipa direttiva Ewropea dwar l-akkwist pubbliku li għad trid tidħol fis-seħħ. Huwa qal li impjegaturi li jirrikorru għax-xogħol prekarju se jsibu quddiemhom Gvern determinat li dawn il-prattiki jwaqqafhom.

More in Politika