It-turisti jonfqu iktar minn €800 kull wieħed

Iktar minn 763,000 turist iżur Malta fl-ewwel sitt xhur tas-sena, Ġunju biss jara 187,617 turist

Skont ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, huwa stmat li t-turisti li żaru Malta fl-ewwel sitt xhur tas-sena nefqu €625.6 miljun, 6% iktar meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena l-oħra.

Huwa stmat li kull turist nefaq €819, żieda ta’ 0.5% meta mqabbel mal-2014. Iċ-ċifri uffiċjali juru kif bejn Jannar u Ġunju ta’ din is-sena, 763,458 turist żaru Malta, żieda ta’ 5.3% meta mqabbel mal-ewwel sitt xhur tas-sena li għaddiet. Aktar minn hekk, it-total tal-iljieli li t-turisti qatgħu f’Malta żdied bi 3.2% u laħhaq kważi 5.5 miljun lejl.

Skont iċ–ċifri, 187,617 turist żaru Malta fix-xahar li għadda, żieda ta’ 4.5% meta mqabbel mal-figuri ta’ Ġunji tas-sena li għaddiet. Dawn huma kkalkulati li nefqu €165.2 miljun, żieda ta’ 2.8% meta mqabbla mal-istess perjodu s-sena l-oħra.

More in Politika