Kastilja tordna li ma jsirux attakki fuq Marlene Farrugia

Il-Gvern viċin li jsib soluzzjoni għaż-Żonqor

It-Torri tal-Kaptan fil-Qrendi
It-Torri tal-Kaptan fil-Qrendi

Bi pressjoni minn kullimkien imma bi stħarriġ pubbliku favur il-Gvern, il-Prim Ministru Muscat beħsiebu jasal f'kompromess.  Hemm ukoll rabja kbira għall-pożizzjoni ta’ Marlene Farrugia li qed tagħmel minn kollox biex timbarazza lil-gvern.

Farrugia li din il-ġimgħa indikat li kieku tkun interessata fil-Ministeru tal-Ambjent, u qed tagħmel minn kollox biex toħroġ għan-nofs biex turi dan kollu.

Hemm pressjoni kbira fuq ħafna attivisti Laburisti biex ma jattakawx il-Marlene.

Attivista Laburista qalilna li hu kien mċanfar għax ikkritika lil Marlene Farrugia.

“Jien semmejt li Farrugia kienet ingħatat permess biex tirranġa l-propjetà lussuża tagħha li hija fl-Outside Development Zone.  Imma irċevejt telefonata biex nieqaf u nneħħi l-post. Morru araw il-permess li ħarġulha PA/02145/06, u ħarġuħ qabel l-elezzjoni f’2011. X’hemm ħażin li nfakkar kulħadd li din għandha propjetajiet u fosthom Palazz li qiegħed ghall-bejgħ."

More in Politika