Brian St John jippreżenta protest ġudizzjarju kontra Joseph Muscat u Konrad Mizzi

St John jgħid li ma kienx minnu li ħeba xi dokumenti f'safe

Il-kap ta' Media.Link, Brian St John
Il-kap ta' Media.Link, Brian St John

Brian St John li preżentement huwa s-CEO tal-media Nazzjonalista, ippreżenta protest ġudizzjarju fil-Qorti kontra Joseph Muscat u Konrad Mizzi.

F'dan il-protest ġudizzjarju, St John, li fiż-żmien tal-każ f'Mater Dei kien is-CEO tal-Fondazzjoni għas-servizzi Mediċi, qal li hu "qatt ma kellu kontroll fuq xi safe waqt li kien CEO tal-Fondazzjoni għall-Servizzi Mediċi qatt ma ħeba jew ikkawża li jiġu moħbija dokumenti." Fil-protest, kompla jgħid li minbarra dan, huwa beda jaħdem mal-Fondazzjoni sena wara li kien hemm hand over tal-isptar lill-Gvern. "Id-dokumenti li għandhom x'jaqsmu mal-każ lanqas kienu fil-kontroll tiegħu," jkompli jgħid il-protest ġudizzjarju.

Brian St John qal li bil-kummenti li għaddew il-Prim Ministru u Konrad Mizzi, kienu qed ikunu malafamanti fil-konfront tiegħu bħala "tattika politika biex jipprova jħammeġ lil St John minħabba li dan issa huwa impjegat tal-partit fl-Oppożizzjoni."

St John qal li dak li qal Muscat fil-pubbliku, jiġifieri li St John ħeba l-kuntratt, ma kienx minnu.

Għaldaqstant, Brian St John qed jitlob li Muscat u Mizzi jirtiraw il-kliem li ntqal fil-konront tiegħu, japoloġizzaw għal kull inkonvenjent għall-malafama.

More in Politika