Il-Prim Ministru jgħid li l-indikazzjonijiet huma li l-Partit laburista rebaħ 54% maġġoranza

Joseph Muscat jgħid li l-PL ġab l-istess distakk (ta 11/12%) tal-elezzjoni Ġenerali wara sentejn fil-Gvern

F'kollegament telefoniku fuq One TV il-prim ministru Joseph Muscat qal li skont l-indikazzjonijiet (anke jekk mhux ir-riżultat uffiċċjali) juru li l-Partit Laburista ġab maġġoranza ta' 54%. Skont Joseph Muscat dan kien aktar milli mistenni meta l-għan tal-Labour kien li jintrebħu l-Kunsilli anke b'maġġoranza ta' vot wieħed. 

Hu qal li hemm messaġġ sħiħ li l-Partit laburista għandu appoġġ kbir f'Għawdex li hi qalba soċjali. Semma wkoll li hemm lokalitajiet li kien hemm voti lejn individwi personali u qal li jinsab sodisfatt kbir b'dan ir-riżultat. Qal li dan ir-riżultat ifisser li żamm l-istess maġġoranza u perċentaġġ li ġab fl-elezzjoni Ġenerali. Qal li qatt ma kien hemm partit fil-gvern li rebaħ l-Kunsilli Lokali.

Qal li għada l-Ħadd se jħabbar il-post fejn se jiċċelebraw dan is-suċċess.

More in Politika