119 kunsillier Laburist, 104 għall-PN u 1 AD

Żieda għall-PL f'Għawdex, żieda għall-PN f'Malta - Maġġoranza ta' 53.5% għall-PL

Ritratti: Chris Mangion
Ritratti: Chris Mangion
12:46 Jintemm il-proċess tal-għadd tal-voti fuq il-lokalitajiet kollha wara li telgħu l-kandidati kollha li kellhom jitilgħu fl-34 lokalità. Il-Partit Laburista eleġġa 119-il kandidat, il-Partit Nazzjonalista tella' 104 kandidat waqt li l-Alternattiva Demokratika tellgħu kandidat wieħed. Veronica Lynn Mizzi
12:25 Fil-MOSTA, jingħalaq l-għadd tal-voti bl-aħħar kandidati jiġu eletti, b'hekk il-kandidati eletti huma Pia Bonnici (PL) Joe Gatt (PL) Mark Micallef (PL), Alex Mucat (PL) Mario Sammut (PL) u Rachel Tua (PL). Għall-Partit Nazzjonalista ġew eletti Ivan Bartolo (PN), Gianluca Busuttil (PN), James Cassar (PN), Keith Cassar (PN), Angele Rapa (PN), Karl Tanti (PN) u Edwin Vassallo (PN) li se jkun is-sindku tal-MOSTA Veronica Lynn Mizzi
10:43 Simon Busuttil mistenni jindirizza laqgħa politika fis-Siġġiewi għall-ħabta tal-11.15am Veronica Lynn Mizzi
10:40 Intant, fil-Marsa, il-Prim Ministru jindirizza l-attività politika Veronica Lynn Mizzi
10:30 Is-sindku f'SAN PAwL IL-BAĦAR għaldaqstant hi Graziella Galea Veronica Lynn Mizzi
10:29 Kommossjoni fuq il-lokalità ta' SAN PAWL IL-BAĦAR hekk kif kisbu l-maġġoranza f'din il-lokalità Veronica Lynn Mizzi
10:25 Fil-MOSTA, il-kandidati Nazzjonalisti li setgħu jitilgħu, ġew eletti b'total ta' 7 kandidati - Ivan Bartolo, Gianluca Busuttil, James Cassar, Keith Cassar, Angele Rapa, Karl Tanti u Edwin Vassallo li mistenni jkun is-sindku. Min-naħa l-oħra, il-Partit Laburista eleġġa 3 kandidati sa issa: Alex Muscat, Mario Sammut u Rachel Tua, bl-aħħar 3 kandidati li għandhom jiġu eletti mistennija jkunu fuq il-Partit Laburista. Veronica Lynn Mizzi
10:08 Fil-lokalità ta' SAN PAWL IL-BAĦAR, iridu jiġu eletti 13-il kandidat u għalkemm diġà ġew eletti 10 kunsilliera, il-maġġoranza tas-siġġijiet għadha trid tiġi deċiża. Il-kandidati eletti s'issa huma: Paul Bugeja, Mandy Buhagiar, Alfred Grima u Raymond Tabone f'isem il-Partit Laburista. F'isem il-Partit Nazzjonalista ġew eletti Antoinette Bezzina, Anne Marie Fenech, Graziella Galea, Robert Piscopo, David Thake u Joseph Vella. Veronica Lynn Mizzi
09:19 Il-proċess tal-għadd tal-voti għadu għaddej fl-akbar żewġ lokalitajiet, San Pawl il-Baħar u l-Mosta. Fil-MOSTA bħalissa hemm eletti 5 kandidati f'isem il-PN u 3 f'isem il-PL waqt li l-għad wasal fis-16-il għadd. Min-naħa l-oħa, fil-lokalità ta' SAN PAWL IL-BAĦAR huma eletti 4 kunsilliera f'isem il-PL u 5 f'isem il-PN meta l-għadd wasal fit-18-il count. F'din il-lokalità għadu jrid jiġi magħruf min se jkollu s-siġġu maġġoranza hekk kif kollok jiġi determinat mill-wirt tal-voti. Veronica Lynn Mizzi
21:03 L-għadd tal-voti għadu għaddej fi 12-il lokalità , wara 15-il siegħa ta' counting. Il-lokalitajiet li għadhom għaddejjin biex itellgħu l-kandidati huma: Ħ'Attard, is-Siġġiewi, Gżira, Swieqi, iż-Żurrieq, Paola, Ħaż-Żebbuġ, Ħal Qormi, Mosta, San Ġiljan, San Pawl il-Baħar, il-Ħamrun Veronica Lynn Mizzi
20:33 Wara l-ewwel għadd uffiċjali, il-PL ġab 53.5% tal-voti, waqt li l-PN ġab 44.6% tal-voti Veronica Lynn Mizzi
20:28 F'San Pawl il-Baħar, il-PL ġab 46.88% tal-voti waqt li l-PN ġab 47.68%, għaldaqstant se jkunu l-voti indipendenti u tal-Alternattiva Demokratika, li se jkunu determinanti lejn liema naħa se jmur is-siġġu Veronica Lynn Mizzi
20:25 Il-Mosta tintrebaħ mill PN b'52.13% tal-voti, waqt li l-PL iġib 47.87%, bil-kandidat Alexander Muscat, l-uniku wieħed elett s'issa fisem il-Partit Laburista Veronica Lynn Mizzi
20:16 Is-sindku fil-lokalità tal-Mosta mistenni jkun l-eks membru Parlamentari Nazzjonalista Edwin Vassallo Veronica Lynn Mizzi
19:43 Wara li reġà beda l-għadd tal-voti f'ĦAD-DINGLI, il-Partit Laburista baqa' jżomm ir-raba' siġġu Veronica Lynn Mizzi
19:38 Ir-reazzjoni tal-AD f'dawn l-elezzjonijiet li mistennijja teleġġi lill-kandidat Ralph Cassar fuq Ħ'Attard Veronica Lynn Mizzi
18:17 Qed jintalab li jsir recount fuq il-lokalità ta' ĦAD-DINGLI minħabba li kien hemm xi żbalji matul il-proċess Veronica Lynn Mizzi
18:08 Minkejja li fil-Mosta, l-counting għadu għaddej u fadallu mhux ħażin, il-maġġoranza mistennija tibqa' f'idejn il-Partit Nazzjonalista Veronica Lynn Mizzi
18:04 Fost l-iżgħar kandidati eletti sindki f'din l-elezzoni. Ġiljan Aquilina f'Ħal-Għargħur u Terence Agius f' Ħal-Kirkop Veronica Lynn Mizzi
17:52 F'ĦAD-DINGLI, il-proċess għadu wieqaf hekk kif ġew innutati xi żbalji mill-Kummisjoni Elettorali Veronica Lynn Mizzi
17:38 Il-kommossjoni li qamet hekk kif Simon Busuttil żar il-counting hall fin-Naxxar Veronica Lynn Mizzi
17:29 Il-Partit Laburista jibqa' jżomm il-maġġoranza f'ĦAL-QORMI iżda jnaqqas 1.63% meta mqabbel mal-elezzjoni tal-2012. Bħala kandidati eletti, telgħu Jesmond Aquilina (PL), Bjorn Azzopardi (PL), Rosianne Cutajar (PL), Jerome Caruana Cilia (PN) u Ralph Puli (PN) Veronica Lynn Mizzi
17:03 Il-Kummenti ta' Simon Busuttil f'konferenza tal-aħbarijiet iktar kmieni dalgħodu Veronica Lynn Mizzi
16:26 Simon Busuttil jasal il-Counting Hall fin-Naxxar Veronica Lynn Mizzi
16:15 ĦAŻ-ŻEBBUĠ b'sindku ġdid, hekk kif tiġi eletta Sarah Agius f'isem il-Partit Laburista Veronica Lynn Mizzi
14:56 In-Nadur jintrebaħ mill-PN b'distakk minimu ta' 30 vot Veronica Lynn Mizzi
14:55 Intant, f'konferenza tal-aħbarijiet mill-Kap tal-Oppożizzjoni wera s-sodisfazzjon tiegħu li issa "il-PN huwa back in business" Veronica Lynn Mizzi
14:18 Il-Prim Ministru jtenni li il-PL xtaq li jirbaħ din l-elezzjoni imqar b'vot wieħed biss u għalhekk sodisfatt ħafna bir-riżultat ta' maġġoranza ta' 54% Veronica Lynn Mizzi
14:15 Il-Prim Ministru jindirizza konferenza tal-aħbarijiet wara r-riżultat ta' din l-elezzjoni Veronica Lynn Mizzi
13:57 Fis-SIĠĠIEWI, is-sindku preżenti, Karol Aquilina reġa' ġie konfermat bħala s-sindku Veronica Lynn Mizzi
13:52 Fil-FURJANA ir-rebħa hi għall-Partit Laburista b'Davina Sammut Hili mistennija tkun is-sindku, fejn is-soltu is-siġġijiet ikunu maqsuma 2 għal kull partit u wieħed indipendenti Veronica Lynn Mizzi
13:49 Fil-lokalità ta' ĦAL-QORMI, mistennija li tibqa' sservi ta' sindku Rosianne Cutajar għall-Partit Laburista hekk kif tidher li hi l-aktar kandidat li għandha voti Veronica Lynn Mizzi
13:25 F'SAN PAWL IL-BAĦAR iż-żewġ partiti jinsabu ras imb'ras b'madwar 47% tal-voti kull wieħed Veronica Lynn Mizzi
13:21 Il-MOSTA mistennija tibqa' b'maġġoranza Nazzjonalista Veronica Lynn Mizzi
13:20 Il-Partit Laburista mistenni jerġa' jikseb il-maġġoranza f'SAN PAWL IL-BAĦAR, ĦAŻ-ŻEBBUĠ u ĦAL-QORMI Veronica Lynn Mizzi
13:19 Fi-lokalità tas-SIĠĠIEWI jkun hemm 52% tal-voti favur il-PN b'Karol Aquilina mistenni jerġa' jiġi elett bħala sindku Veronica Lynn Mizzi
12:47 Veronica Lynn Mizzi
12:43 Karl Gouder jiġi elett bħala is-sindku ta' SAN ĠILJAN Veronica Lynn Mizzi
12:37 Il-ĦAMRUN jtella' lil Christian Sammut f'isem il-Partit Laburista bħala sindku Veronica Lynn Mizzi
12:30 F'ĦAL-BALZAN, ġie elett l-uniku kandidat Laburista, Desmond Zammit Marmarà, kif ukoll il-kandidat Nazzjonalista Ian Spiteri Veronica Lynn Mizzi
12:28 Fil-lokalità tal-MARSA eletti 3 kandidati f'isem il-Partit Laburista, Francis Debono, Frank Zammit u Josef Azzopardi waqt li l-PN ma eleġġa lil ħadd Veronica Lynn Mizzi
12:04 Fil-lokalità tal-GŻIRA, il-maġġoranza tinsab għand il-Partit Laburista, fejn is-sindku mistenni jkun Conrad Borg Manche (PL) waqt li ġew eletti wkoll il-kandidati tal-PN Wayne Hewitt (638 vot) u Graziella Schembri (578 vot) Veronica Lynn Mizzi
11:59 Simon Busuttil jgħid li dan huwa riżultat sodisfaċenti ferm għall-PN li qed jerġa' jakkwista l-fiduċja f'diversi lokalitajiet Veronica Lynn Mizzi
11:57 Chris Said jgħid li qed ikun ukoll mistenni li jiżdiedu l-kunsillera Nazzjonalisti f'ċertu lokalitajiet fosthom Birżebbuġa u San Ġiljan Veronica Lynn Mizzi
11:56 Chris Said, segretarju ġenerali tal-PN, jara dan ir-riżultat sodisfaċenti fejn il-PN irnexxielu jnaqqas id-distakk f'perjodu qasir. Qal li d-distakk, minn 17-il punt perċentwali, issa hemm distakk ta' madwar 9.8-9.6 punt perċentwal. Semma wkoll kif dan huwa pass importanti u li ma kienx mistenni Veronica Lynn Mizzi
11:53 Kummenti mis-Segretarju Parlamentari tal-PL Michael Falzon Veronica Lynn Mizzi
11:52 Reazzjonijiet tal-Viċi Kap tal-PN, Mario De Marco Veronica Lynn Mizzi
11:34 Skont indikazzjonijiet mhux uffiċċjali, jidher li d-distakk bejn iż-żewġ partiti huwa ta' madar 16,500 vot lejn il-PL Veronica Lynn Mizzi
11:34 F' Ħ'ATTARD, indikazzjonijiet juru li l-Partit Nazzjonalista żied il-voti lejh b'4% Veronica Lynn Mizzi
11:32 It-tensjoni li qamet aktar kmieni fuq il-lokalità ta' San Pawl il-Baħar Veronica Lynn Mizzi
11:24 Fil-lokalità tax-XAGĦRA Għawdex, eletti mal-ewwel għadd Joe Cordina (PL) u Joseph Attard (PN) Veronica Lynn Mizzi
11:23 Fil-QALA, mal-ewwel għadd, eletti Clint Camilleri (PL) u Paul Buttigieg (PN) Veronica Lynn Mizzi
11:22 F'MARSAXLOKK, elett kandidat wieħed mal-ewwel għadd, Horace Gauci (PL) Veronica Lynn Mizzi
11:17 John Schembri jerġa' jiġi kkonfermat bħala sindku fil-lokalità ta' ĦAL-LUQA Veronica Lynn Mizzi
11:05 Veronica Lynn Mizzi
11:03 Lokalitajiet kbar bħal Mosta, San Pawl il-Baħar, Ħal-Qormi u n-Nadur f'Għawdex jiddeterminaw ir-riżultat finali - JM Veronica Lynn Mizzi
11:03 Joseph Muscat esprima s-sodisfazzjon għall-fatt li ġew ikkonsolidati lokalitajiet bħal Safi, Qala u għall-ewwel darba, il-Munxar Veronica Lynn Mizzi
11:02 Fil-lokalità ta' ĦAD-DINGLI, eletti żewġ kandidati mal-ewwel għadd, Sandro Azzopardi (PL) u David Vassallo (PN) Veronica Lynn Mizzi
11:00 Fl-ISLA, eletti 2 kandidati f'isem il-Partit Laburista: Joseph Casha u Clive Pulis Veronica Lynn Mizzi
10:58 Indikazzjonijiet juru li f'Ħ'ATTARD kien hemm żieda ta' 5% għall-Partit Nazzjonalista Veronica Lynn Mizzi
10:56 F'kollegament mal-mezzi tax-xandir, il-Prim Ministru esprima s-sodisfazzjon tiegħu għal din ir-rebħa 'storika' Veronica Lynn Mizzi

10:50 - Il-Prim Ministru jħabbar li l-Partit Laburista rebaħ din l-elezzjoni b'maġġoranza assoluta u ċara ta' madwar 54% 

10:44 - Tinqala' kommossjoni bejn l-aġenti tal-Partiti fuq il-lokalità ta' San Pawl il-Baħar 

10:36 - Ix-XAGĦRA lokalita oħra mirbuħa mill-Partit Laburista, b'maġġoranza ta' 59%, waqt li l-PN jikseb 41% 

10:20 - Fil-lokalità ta' GĦAJNSIELEM, eletti 3 kandidati, Buttigieg Larry (PL), Kevin Cauchi (PN) u Franco Ciangura (PN) 

10:12 - Fil-lokalitajiet tal-ĦAMRUN u l-GŻIRA jidher li l-PN żied fil-persentaġġ tal-voti 

10:07 - Fil-lokalità tal-FURJANA eletti l-ewwel kandidati, Davina Sammut Hili (PL), Matthew Paris (PN) u Nigel Holland (Ind) 

09:45 - Is-sindki eletti s'issa huma, Ġiljan Aquilina (PN) fuq il-GĦARGĦUR, John Boxall (PL) BIRGU, Noel Formosa (PN) SAN LAWRENZ, Carmen Said (PL) MUNXAR, Clint Camilleri (PL) fil-QALA, Terence Agius (PL) f'ĦAL-KIRKOP, Anthony Dalli (PN) fuq l-IKLIN U Mario Azzopardi (PN) f'TA' KERĊEM

09:17 - Fil-lokalitajiet ta' ĦAL-GĦARGĦUR u ĦAL-KIRKOP is-sindki ser ikunu kandidati ferm żgħażagħ , bis-sindku fil-lokalità ta' Ħal-Għargħur mistenni jkun Ġiljan Aquilina ta' 20 sena 

09:11 - Il-kandidat Laburista fil-BIRGU John Boxall, huwa elett bħala sindku f'din il-lokalità għas-6 darba konsekuttiva 

09:06 - Fil-lokalità ta' ĦAL-GĦARGĦUR, il-PN kompla jżomm il-maġġoranza 

09:04 - Iż-żieda fil-voti għall-PN tidher ukoll f'iktar lokalitjiet, fosthom f'ĦAL-LUQA, IS-SWIEQI u ĦAL-BALZAN 

09:01 - Fil-lokalità tal-MUNXAR ħarġu ċ-ċifri uffiċjali tal-ewwel għadd fejn ġew eletti diġà 3 kandidati: Carmen Said (PL -199 vot), Mallia Robert (PL 179 vot) u Spiteri Damien (PN 146 vot) 

08:58 - Iktar indikazzjonijiet favur il-PN fil-lokalità tal-ISLA fejn jidher li għalkemm il-maġġoranza baqgħet waħda Laburista, id-dsitakk bejn iż-żewġ partiti naqset 

08:53 - Għalkemm fil-lokalitajiet Għawdxin, il-PL kompla jżomm u żied ċerti maġġoranzi, indikazzjonijiet qed juru li m'għamilx l-istess f'Malta, f'lokalitajiet bħal MARSA, DINGLI u MARSAXLOKK 

08:50 - Fil-QALA fejn diġà kien hemm maġġoranza ta' 50.29% għall-Partit Laburista, jidher li din kompliet tiżdied għal madwar 58% 

08:43 - Jidher li fil-lokalitajiet Għawdxin, il-PL irnexxielu jakkwista ammont konsidrevoli aktar ta' voti hekk kif kompla jżid ukoll il-maġġoranza fil-lokalità tal-QALA, bis-sindku preżenti Clint Camilleri jerġa' jiġi elett f'din il-kariga 

08:37 - Fil-QALA, il-PL mistenni jżomm il-maġġoranza 

08:34 - Indikazzjonijiet juru li l-Partit Laburista kiseb il-maġġoranza tal-voti, b'madwar 53% talvoti, dan wara li fl-2012, dan il-Kunsill Lokali kellu maġġoranza Nazzjonalista b'51.46% tal-voti 

08:25 - Is-sorting tal-voti beda woll fuq il-lokalitajiet tal-Marsa u tal-Gżira 

08:23 - Fil-lokalità ta' SAN LAWRENZ diġà ġew eletti 2 kandidati: Buhagiar Franco f'isem il-Partit Laburista u Formosa Noel f'isem il-Partit Nazzjonalista 

08:21 - Fil-lokalità ta' San Lawrenz, il-maġġoranza hi miżmuma mill-Partit Nazzjonalista b' 74.89% tal-voti 

08:18 - Kif mistenni, l-għadd tal-voti fil-lokalitajiet iż-żgħar, partikolarment dawk f'Għawdex, diġà bdew bl-għadd tal-voti u hemm indikazzjonijiet dwar il-maġġoranza f'uħud minn dawn il-kunsilli

________________-

Illum fis-6 ta’ filgħodu jibda’ l-proċess tal-għadd tal-voti li għandu jwassal biex jiġu eletti 224 kunsilliera madwar 34 lokalità madwar Malta u Għawdex.

L-elezzjoni ta’ nhar is-Sibt li għadda rat għall-ewwel darba liż-żgħażagħ ta’ bejn is-16 u t-18-il sena jitfgħu l-vot tagħhom u jsemmgħu leħinhom fl-elezzjonijiet lokali.

F’dawn l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali, kien jinħass l-influss ta’ kandidati żgħażagħ, fosthom ħafna li kkonstestaw dawn l-elezzjonijiet għall-ewwel darba. B’total ta’ 377 kandidat, dawn l-elezzjonijiet raw 184 kandidat f’isem il-Partit Nazzjonalista, 177 f’isem il-Partit Laburista, 7 f’isem l-Alternattiva Demokratika u 9 bħala kandidati indipendenti.

Fost il-lokalitajiet li kellhom dawn l-elezzjoniiet, l-akbar lokalità kienet dik ta’ San Pawl il-Baħar li għandha teleġġi 13-il kandidat, b’warajha tkun il-lokalità tal-Mosta li wkoll għandha teleġġi 13-il kunsillier.

It-turnouts fl-elezzjoni tal-kunsilli lokali f’kull lokalità kienu kif ġejjin:

Il-Birgu

70%

L-Isla

71%

Ħal Qormi

78%

Ħaż-Żebbuġ (M)

77%

Is-Siġġiewi

81%

Ħ’Attard

76%

Ħal Balzan

72%

Birżebbuġa

69%

Ħad-Dingli

87%

Floriana

72%

Il-Gżira

50%

Għajnsielem

70%

Ħal Għargħur

76%

Il-Ħamrun

72%

L-Iklin

78%

Ta’ Kerċem

82%

Ħal Kirkop

79%

Ħal Luqa

80%

Il-Marsa

69%

Marsaxlokk

77%

Il-Mosta

73%

Il-Munxar

66%

In-Nadur

78%

Paola

72%

Il-Qala

74%

Ħal Safi

86%

San Ġiljan

40%

San Lawrenz

62%

San Pawl il-Baħar

39%

Santa Luċija

80%

Is-Swieqi

52%

Ix-Xagħra

76%

Iż-Żebbuġ (Għ)

61%

Iż-Żurrieq

80%

 

More in Politika