Il-kanzunetta ta' SHout toħloq kontroversja fl-Awtorità tax-Xandir

L-Awtorità teżiġi li kulmin idoqq id-diska tas-SHout irid jagħti ħin ekwivalenti lil tal-IVA

L-Awtorità tax-Xandir tintervjeni fuq il-kanzunetta tal-kampanja SHout
L-Awtorità tax-Xandir tintervjeni fuq il-kanzunetta tal-kampanja SHout

L-Awtorità tax-Xandir ħarġet struzzjonijiet lil dawk l-istazzjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tagħha biex kulmin idoqq id-diska tal-kampanja SHout kontra l-kaċċa fir-rebbiegħa għandu jagħti bħala rimedju daqstant ħin lill-kampanja tal-IVA.

Dawk l-istazzjonijiet li jagħżlu li jdoqqu l-kanzunetta mnedija mill-kampanja SHout għar-referendum tal-11 ta' April iridu jagħtu l-istess ammont ta' ħin għall-kampanja tal-Iva - ħin li waqtu dawn tal-aħħar jistgħu jwasslu l-messaġġ tagħhom.

Ir-raġuni wara dan kollu hi li l-kanzunetta ta' SHout tħeġġeġ lis-semmiegħa jivvutaw le, u b'hekk skont l-Awtorità tax-Xandir, il-kampanja tal-IVA sostniet li għandha tingħata l-istess ħin twassal il-messaġġ tagħħa.

Id-deċiżjoni tal-Awtorità tapplika biss għar-radju u t-TV u ma tapplikax għall-mezzi tal-media soċjali.

More in Politika