Studju dwar il-fattibilità ta’ submarine cable ġdid bejn Malta u l-Ewropa

Malta bħalissa tiddependi biss minn Sqallija

Malta bħalissa tiddependi biss minn Sqallija
Malta bħalissa tiddependi biss minn Sqallija

“Malta bħala hub tal-industrija tas-servizzi hija fid-dmir li tkompli tinvesti f’teknologija aktar b’saħħitha. Huwa b’dan il-mod li nistgħu nkomplu nikbru ekonomikament.” Tenna dan is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kompetittività u t-Tkabbir Ekonomiku, José Herrera meta nieda sejħa għal studju li ser isir b’fondi Ewropej.

Herrera qal li l-konettività ta’ Malta bħalissa tiddependi biss minn Sqallija. “B’dan l-istudju, il-Gvern tramite l-MCA ser ikun qed jistudja l-possibilità li jinvesti f’submarine cable link ieħor ma’ parti oħra mill-Ewropa biex b’hekk insaħħu l-infrastruttura teknoloġika preżenti, bi prezzijiet aktar kompetittivi. B’investiment ta’ dan it-tip Malta ser tkun ukoll f’qagħda tajba li ttejjeb il-pożizzjoni tagħha bħala ċentru tal-ICT.”

Is-Segretarju Parlamentari qal “Dak li qed nagħmlu llum huwa l-bidu biex nibdew inwettqu waħda mill-wegħdiet fil-budget ta’ din is-sena. Is-suċċess ta’ Malta fis-setturi tal-ICT u tal-egaming huma primarjament attribwiti għal numru ta’ fatturi favorevoli li jinkludu netwerks tal-komunikazzjoni li huma effettivi, robusti u ta’ kwalità għolja.”

Herrera temm jgħid li Malta trid tkompli tinvesti f’infrastruttura teknoloġika aktar b’saħħitha ħalli b’hekk tkun tista’ tiġbed lejha niċeċ ġodda ta’ servizzi. “Dan l-istudju huwa milestone importanti oħra għal pajjiżna għaliex permezz tiegħu nistgħu nkunu aktar kompetittivi f’dinja globalizzata bbażata fuq it-teknoloġija u l-ICT.”

More in Politika