Tħassib fuq is-sigurtà minħabba skola Iżlamika f'Malta

Żdiedet is-sigurtà wara l-attakki ta' Pariġi tal-ġimgħa l-oħra

Dan ir-ritratt juri Madrassa fil-Pakistan. Ma jindika l-ebda similarità ma' dik f'Malta
Dan ir-ritratt juri Madrassa fil-Pakistan. Ma jindika l-ebda similarità ma' dik f'Malta

Is-Servizzi tas-Sigurtà Maltin, MSS, qed jagħmlu moniteraġġ tal-attività li hemm Madrassa lokali li tiltaqa' fit-Tramuntana ta' Malta.

Madrassa hi skola reliġjuża Iżlamika. Is-sigurtà żdiedet fid-dawl tal-attakki fuq l-uffiċini ta' Charlie Hebdo f'Pariġi l-ġimgħa l-oħra.

Il-laqgħat fil-Madrassa jiffukaw fuq it-tagħlim reliġjuż tal-Koran. Il-laqgħat f'Malta jidher li jsiru f'garaxx u jattiraw numru ta' Musulmani.

L-MSS ġiet imsejħa għal din il-Madrassa wara li kien allegat li mexxej spiritwali għamel indirizz defamatorju lill-Musulmani preżenti dwar il-Punent. It-tħassib qed jiżdied u hemm iktar tħassib dwar numru żgħir ta' Musulmani jgħixu f'Malta jistgħu jempatizzaw ma' jihadisti radikali.

Fuq Reporter, ta' nhar it-Tnejn li għadda, meta mistoqsi dwar il-preżenza ta' Madrassa f'Malta, Laiq Ahmed Atif, President tal-Ahmadiyya Muslim Jamaat Malta, qal li dan ma jafx bil-preżenza tagħhom.

Iżda l-MSS hi mħassba li l-influss riċenti ta' persuni ta' nazzjonalità Għarbija bi dħul baxx f'pajjiżna jistgħu jnibbtu r-radikalità f'pajjiżna.

L-iktar gruppi radikali tal-Jihadi Sunni, magħrufa aħjar bħala l-Istat Iżlamiku u Al-Qaeda, infatti qegħdin fil-Libja, is-Sirja u l-Iraq.

More in Politika