It-theddida Iżlamika fuq is-soċjetà Maltija f'Reporter

Reporter illejla fid-20.40 fuq TVM2 b'ripetizzjoni immedjatament wara fl-21.50 fuq TVM

Laiq Ahmed Atif se jkun fost il-mistiedna fil-programm
Laiq Ahmed Atif se jkun fost il-mistiedna fil-programm

Il-programm tal-lejla se jkun qed jiddiskuti t-theddida Iżlamika fuq is-soċjetà Maltija.

Il-qtil ta' ġurnalisti ta' gazzetta satirika ġo Franza qajjem il-mistoqsija dwar it-theddida ta' fundamentalisti Iżlamiċi, imma l-intolleranza hija restritta għall-Iżlamiċi? U l-ġurnalisti f'Malta, għandhom għalfejn jinkwetaw. Fost il-mistiedna se jkun hemm Laiq Ahmed Atif, President tal-Ahmadiyya Muslim Jamaat, li hija komunità ta' Musulmani f'Malta, l-opinjonista Charles Xuereb, cartoonist Ġorġ Mallia, U l-professur u filosfu Joe Friggieri.

Reporter għandu preżentazzjoni ta' Saviour Balzan flimkien mal-kamra tal-aħbarijiet ta' MediaToday.

More in Politika