Avviż tal-kumpanija tal-assigurazzjoni SOVAG

Id-detenturi ta’ poloz assigurati u kull persuna oħra li għandha jeddijiet jew obbligi li joriġinaw mill-kuntratti trasferiti għandhom jagħmlu kuntatt ma’ Cordina Insurance Agency Limited ghal kwalunkwe mistoqsija

B’dan qed jingħata avviż li l-impriża tal-assigurazzjoni Schwarzmeer und Ostsee Versicherungs-Aktiengesellschaft (“SOVAG”), Große Elbstraße 14, 22767 Hamburg, il-Ġermanja, irreġistrata fir-reġistru kummerċjali ta’ Hamburg bin-numru ta’ reġistrazzjoni HRB 3560, applikat għal awtorizzazzjoni lill-awtorita’ regolatorja kompetenti Germaniza, Bundesanstalt für Finanzdienstleistungsaufsicht (“BaFin”), sabiex titrasferixxi l-kuntratti primarji ta’ assigurazzjoni u riassigurazzjoni, ħlief għan-negozju kollu ta’ fronting tagħha lill-DARAG Deutsche Versicherungs - und Rückversicherungs-AG ("DARAG"), Europa-Passage- Hermannstraße 15, 20095 Hamburg, il-Ġermanja, irreġistrata fir-reġistru kummerċjali ta’ Hamburg bin-numru ta’ reġistrazzjoni HRB 152748 taħt liema ftehim SOVAG. 

Wara l-konklużjoni tat-Trasferiment tal-Portafoll il-poloz eżistenti li jinkludi kwalunkwe talba miftuħa fid-data tat-trasferiment isir effettiv, ser jibqaw jiġu immaniġġati f'Malta mill-aġent lokali: Cordina Insurance Agency Limited, 55, Kingsway Palace, Triq ir-Repubblika, Valletta, Malta. 

Detenturi ta’ poloz assigurati u kull persuna oħra li għandha jeddijiet jew obbligi li joriġinaw mill-kuntratti trasferiti huma mfakkar li jistgħu jieħdu parir professjonali fuq l-kontentut ta’ dan l-avviż u l-kwistjonijiet msemmija f’dan l-avviż. 

Id-detenturi ta’ poloz assigurati u kull persuna oħra li għandha jeddijiet jew obbligi li joriġinaw mill-kuntratti trasferiti għandhom jagħmlu kuntatt ma’ Cordina Insurance Agency Limited ghal kwalunkwe mistoqsija jew tħassib fir-rigward tat-Trasferiment tal-Portafoll bit-telefon fuq +356 21 224702/21 241491 jew permezz tal-email: [email protected].

More in Kummer?jali