Salariesinmalta.com tniedi Mudell Freemium

Salariesinmalta.com ser ikunu qed iniedu mudell ​freemium​ fejn il-Premium Plan joffri karatteristiċi estensivi għal analiżi iktar dettaljata

Salariesinmalta.com huwa l-uniku sit li joffri għodda ta’ parametri referenzjarji għas-salarji ibbażati fuq riċerka f’Malta u li jiġu dejjem aġġornati. Bħalissa, dan is-sit għandu aktar minn 13,300 punt ta’ data miġbura minn aktar minn 300 kumpanija b’total ta’ aktar minn 200 kariga.

Mis-sena d-dieħla, salariesinmalta.com ser ikunu qed iniedu mudell ​freemium​ fejn il-Premium Plan joffri karatteristiċi estensivi għal analiżi iktar dettaljata.

Il-mudell il-ġdid ser jinkludi Free Plan u Premium Plan. Il-Free Plan jinkludi aċċess b’xejn għal sena għal utent wieħed li jkun jista’ jara deskrizzjonijiet dettaljati, salarju gross medjan, paga varjabbli u benefiċċji medjani għal kull impjieg fuq is-sit.

Min-naħa l-oħra, il-Premium Plan joffri aċċess għal sena għal firxa akbar ta' karatteristiċi għal kull rwol, fosthom:

  • ●  deskrizzjonijiet dettaljati;

  • ●  filtru skont l-industrija;

  • ●  pakketti ta' remunerazzjoni li jinkludu l-minimu, l-iċken deċili, l-iċken

    kwartili, il-medjan, il-medja, l-akbar kwartili, l-akbar deċili u l-massimu

    tas-salarji;

  • ●  remunerazzjoni skont id-demografija: l-età, il-ġeneru, id-daqs

    tal-kumpanija u is-sigħat tax-xogħol;

  • ●  paga varjabbli u benefiċċji li jinkludu l-iċken kwartili, il-medjanu l-akbar

    kwartili;

  • ●  demografija tal-irwol li tinkludi n-nazzjonalità, ħinijiet tax-xogħol,

    ġeneru, perjodu tal-kuntratt, snin fil-kumpanija u età;

  • ●  funzjoni ta' esportazzjoni għar-rwoli kollha;

  • ●  u ammont ta’ utenti bla limitu.

Il-prezz tal-Premium Plan huwa ibbażat fuq in-numru tal-impjegati li għandhom il-kumpaniji parteċipanti. Il-ħlas annwali huwa ta' €75 għall-kumpaniji li jimpjegaw min 1 sa 19 il-persuna; €150 għall-kumpaniji li jimpjegaw minn 20 sa 79 impjegat, €250 għall-kumpaniji li jimpjegaw minn 80 sa 150 impjegat, u €360 għal kumpaniji li jimpjegaw minn 150 ‘il fuq.

Salariesinmalta.com tniedi mudell freemium

"Id-​database​ tagħna tiġi aġġornata kull ħmistax, għalhekk toffri informazzjoni f'ħin reali: turi riflessjoni valida tas-suq tax-xogħol Malti u tal-pagi li qed jitħallsu," tgħid Analise Germani, li qed tieħu ħsieb dan il-proġett.

Il-parteċipazzjoni f’salariesinmalta.com hija faċli: il-kumpaniji jaqsmu d-dettalji anonimi tas-salarji tagħhom, ir-rwoli jiġu mqabbla ma' rwoli standardizzati u mbagħad ivvalidati mill-kumpanija parteċipanti. Hekk kif dan isir, kumpanija tiġi parti mid-​database,​ u tista' tibda tgawdi minnufih mil-benefiċċji tal-Free Plan.

Għal kull wieħed miż-żewġ pjani, il-kumpaniji jkollhom jissottomettu l-informazzjoni dwar is-salarji tagħhom. Ikun ukoll meħtieġ li tiġi ppreżentata informazzjoni aġġornata kull sena biex il-kumpaniji jġeddu l-aċċess għal sena oħra.

L-informazzjoni kollha dwar is-salarji mogħtija minn individwi tiġi vvalidata permezz tal-aħħar payslip, filwaqt li dik sottomessa minn kumpaniji tiġi vverifikata f’sensiela ta' diskussjonijiet u reviżjonijiet. Ġaladarba l-informazzjoni tiġi vverifikata, din tiġi mqabbla ma’ għadd ta’ informazzjoni oħra biex tiġi kkonfermata l-affidabbiltà tagħha, biex imbagħad tiddaħħal fis-sistema b'mod aggregat u ssir viżibbli għall-utenti tas-sistema.

Jekk inti interessat f’salariesinmalta.com, tista’ tibda tipparteċipa b’xejn minn issa billi tikkuntattjana fuq [email protected] jew +35621228772.

More in Kummer?jali