Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija

Id-Dolmen Hotel meqjusa l-aqwa lukanda f'Malta u fost l-aktar popolari fid-dinja

Din il-lukanda rebħet il-premju prestiġjuż Holiday Check Award mogħti kull sena minn Holidaycheck.de

Yendrick Cioffi / 16 ta' Jannar 2019 12:05
Id-Dolmen Hotel, li hija parti minn Tumas Group, kienet meqjusa minn Holidaycheck.de, sit ewlieni Ġermaniż, bħala l-aqwa lukanda f’Malta u fost l-aktar lukandi popolari madwar id-dinja!

Fuq dan is-sit, din il-lukanda li għadha kemm ġiet rinovata, kienet imfaħħra minn 95% ta’ dawk il-qattgħu numru ta’ ljieli fiha.

Fil-fatt, minħabba dan, il-lukanda rebħet il-Holiday Check Award, premju prestiġġjuż, mogħti dan is-sit.

Fil-kummenti tiegħu dwar is-suċċess, il-General Manager tal-lukanda, Alex Pace, qal li dan iċ-ċertifikat huwa riżultat tal-impenn u d-dedikazzjoni tal-impjegati kollha, t-tmexxija u anke d-Diretturi li jaħdmu bla heda bil-għan li kull min juża s-sevzizzi li toffri l-lukanda joħroġ sodisfatt.

Pace irringrazzja wkoll lil dawk il-klijenti li ilhom snin jagħżlu d-Dolmen Hotel. Semma klijenti li ilhom għal dawn l-aħħar 20 sena jagħżlu kull sena lil din il-lukanda.

“Is-sodisfazzjon tagħhom iħeġġiġna biex naħdmu kuljum biex nilħqu dejjem l-aspettativi tal-klijenti tagħna,” saħaq Pace.

Dan il-premju kien biss wieħed minn diversi premjijiet li din il-lukanda rebħet fl-aħħar snin u li poġġewha bħala waħda mill-aqwa lukandi f’Malta.

Tagħrif dawn il-Holiday Check Award

Dan il-premju ilu jingħata għal dawn l-aħħar 14-il sena u jingħata lill-aktar lukandi popolari f’reġjuni speċifiċi.

Il-premju ta’ din is-sena kien ibbażat fuq ir-ratings ta’ aktar minn 950,000 persuna.

Aktar tagħrif dwan dan il-premju jista’ jinkiseb billi tagħfas hawn.

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook