Isem ġdid għal Sit tal-Propjetà Lokali

 Dan huwa biss il-bidu, hekk kif fil-ġimgħat li ġejjin, is-sit NoAgentFees.com ser jiġi mibdul u ser jiżdiedu funzjonijiet ġodda

Is-sit tal-propjetà lokali noagentsplease.com.mt għandu isem ġdid - NoAgentFees.com. Dan huwa biss il-bidu, hekk kif fil-ġimgħat li ġejjin, is-sit NoAgentFees.com ser jiġi mibdul u ser jiżdiedu funzjonijiet ġodda. Dawn ser jagħmluha iktar faċli ghal min irid ibiegħ jew jikri biex jirriklama l-propjetà tiegħu fi ftit passi sempliċi, u iktar faċli għal min irid jixtri jew jikri biex isib id-dar il-ġdida tiegħu.

Din l-evoluzzjoni ser tirrifletti aħjar l-ispirtu tal-kumpanija. Il-portal ser jinkludi wkoll ħafna informazzjoni bħala gwida għall-bejjiegħa u x-xerrejja, u għal sidien il-kera u l-kerrejja. Is-sit ser jgħinhom isibu lil xulxin u jiffinalizzaw il-ftehim tal-bejgħ jew kiri iktar malajr minn qatt qabel. L-utenti ser ikollhom għadd kbir ta’ funzjonijiet ġodda grazzi għall-bidla fis-sit.

L-isbaħ biċċa ta’ dan kollu hi li s-sit ma jżommx miżata bħal aġenziji oħra u, għal perjodu limitat, ir-riklami kollha ser ikunu B’XEJN! Wara dan il-perjodu, is-sit ser ikun qed iżomm miżata żgħira ta’ darba, kemm għall-bejgħ u kemm għall-kiri tal-propjetà.

B’hekk il-bejjiegħa u s-sidien il-kera huma mħeġġa jirrikklamaw issa l-propjetà tagħhom fuq NoAgentFees.com biex jibbenefikaw minn din l-offerta limitata.

More in Kummer?jali