Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija

Gawdi il-Blue Label Smooth & Creamy fil-kumdità ta’ darek

Il-birra rinomata Blue Label Smooth & Creamy dan l-aħħar tnediet f’bottijiet ta’ 44ċl biex tkun tista’ titgawda mill-konsumaturi leali ta’ Farsons

Albert Gauci Cunningham / 24 ta' Marzu 2017 12:04
Blue Label Smooth & Creamy
Il-birra rinomata Blue Label Smooth & Creamy dan l-aħħar tnediet f’bottijiet ta’ 44ċl biex tkun tista’ titgawda mill-konsumaturi leali ta’ Farsons mill-kumdità ta’ darhom. Dan kollu hu possibbli bis-saħħa ta’ teknoloġija speċjalizzata li terħi ammont preċiż ta’ nitroġenu għall-aħjar konsistenza u finezza f’din il-birra speċjali li sa issa kienet tinstab biss f’verżjoni draught f’għażla ta’ ħwienet madwar Malta.

“Din it-tnedija timmarka pass ieħor importanti għalina fil-Birrerija ta’ Farsons u, b’mod speċifiku, għall-Blue Label,” qal Karl Bondin, Brand Manager Beers ta’ Simonds Farsons Cisk plc. “Dan hu wkoll il-pass li jmiss fil-viżjoni fit-tul tagħna li nżidu l-preżenza tal-marka lokalment kif ukoll fis-swieq tal-esportazzjoni.”

Martin Polidano, Head Brewer fil-Birrerija Farsons żied jgħid li, “L-ingredjenti tar-riċetta ta’ din il-birra baqgħu l-istess matul is-snin u l-birra għadha tissajjar bl-istess teknika. Madankollu, il-Blue Label illum hi aktar ikkonċentrata, għandha togħma aktar mimlija u livell ogħla ta’ alkoħol, li jkompli jgħin biex jagħti aroma iktar rikka.”

Il-Blue Label Original Amber Ale hija birra magħmula b’taħlita speċjali ta’ xgħir li jtiha l-lewn skur tagħha, li, flimkien mal-hops Inglizi, jagħtuha togħmiet ħfief ta’ ċikkulata u karamella, kif ukoll ta’ frott. Il-Blue Label Smooth & Creamy hi l-verżjoni draught tal-birra oriġinali.

F’Novembru tas-sena li għaddiet, il-Blue Label kisbet il-premju tal-fidda fil-kategorija Pale & Amber Ale: Best Bitter fl-Isfida tal-Birra fi Brussell. Blue Label hi prodotta, ippakkjata u mqassma minn Simonds Farsons Cisk plc. Blue Label Smooth & Creamy issa tinsab f’bottijiet ta’ 44ċl mis-supermarkets u l-ħwienet tax-xorb ewlenin f’Malta u Għawdex.

 

 

Albert Gauci Cunningham, 32 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta Illum u tas-sit illum.com.mt f'Ġunju tal-2015. Gauci Cunningham kien ġurnalista mal-Union Print. Gauci Cunningham jispeċjalizza l-aktar fi stejjer analitiċi-politiċi u anke soċjali li l-gazzetta ILLUM issa saret iktar popolari għalihom, kif ukoll fi stejjer relatati ma' politika nazzjonali u internazzjonali. Gauci Cunningham irraporta minn diversi Istituzzjonijiet Ewropej. Għall-qalb Gauci Cunningham hemm kwistjonijiet soċjali, fosthom il-faqar, il-kirjiet u l-ġustizzja soċjali.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook