Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija Kummerċjali

Mixja qalb in-natura fil-Fawwara

Ikomplu l-attivitajiet għall-familji organizzati mill-Adult Activities Group ta’ BirdLife Malta

Staff Reporter / 20 ta' Frar 2017 10:09
L-Adult Activities Group ta’ BirdLife Malta dan l-aħħar kompla bl-attivitajiet tiegħu ta’ kull xahar għall-pubbliku b’mixja fin-natura tal-Fawwara.

Il-parteċipanti f’din l-attività ltaqgħu ħdejn il-Palazz tal-Verdala u mxew lejn l- inħawi tal-barrieri f’Ta’ Żuta, imbagħad fid-direzzjoni tas-sit ta’ Żmien il-Bronż f’Ġebel Ciantar. Wara li kompla miexi ’l isfel f’dan il-wied mill-isbaħ, il-grupp kompla miexi lejn il-Kappella tal-Madonna tal-Karmnu (1616) li tinsab fis-sit fejn twaqqfet in-Nixxiegħa tal-Fawwara.

Aktar ’l isfel fil-wied il-grupp żar il-Kappella tal-Lunzjata, li tinsab quddiem Wied Liemu. Il-mixja ġiet fi tmiemha bi żjara lill-Kappella tal-Madonna tal-Providenza fis-Siġġiewi.

Kienet mixja twila 10km li dawk li pparteċipaw fiha bil-familji tagħhom ħadu gost jagħmlu. Membri tal-pubbliku u familji huma mħeġġa jipparteċipaw f’attivitajiet bħal dawn li jsiru fuq bażi regolari. L-attività li jmiss organizzata mill-Adult Activities Group ta’ BirdLife Malta se tkun il-mawra ta’ ġurnata fi Sqallija ppjanata għall-1 ta’ April. Il-bookings għal din l-attività qed jintlaqgħu sat-3 ta’ Marzu. 

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook