Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija Kummerċjali

Minn Malta għal Dubaj u lura...kuljum

Emirates tħabbar servizz ta’ kuljum minn Dubaj għal Malta via Ċipru

Staff Reporter / 22 ta' Diċembru 2016 10:23
Emirates nediet pjani biex ir-rotta ta’ kuljum bejn Dubaj u Malta terġa’ tibda tkun b’waqfa f’Larnaka, Ċipru, mill-ewwel ta’ Frar 2017.  Dan ifisser li t-titjira ċirkulari Dubaj-Tunes-Malta-Dubaj  li kienet topera ħames darbiet fil-ġimgħa issa se tinbidel għal Dubaj-Larnaka-Malta, u minn Malta lura Larnaka u Dubaj. Din hi l-istess titjira li bħalissa qed tkun kull nhar ta’ Tnejn u l-Erbgħa.  Minn Malta l-passiġġieri għandhom ukoll l-għażla li jibbukkjaw biljetti tal-ajru għal Ċipru u lura biss.

Vjaġġaturi minn Malta jistgħu jerġgħu jgawdu aċċess ta’ kuljum għal Larnaka, titjira li hi biss sagħtejn il-bogħod. Is-servizz ta’ kuljum minn Dubaj għal Malta b’waqfa f’Larnaka se jkun bl-ajruplan state-of-the-art tat-tip Boeing 777-300ER f’konfigurazzjoni ta’ tliet klassijiet. Dawn jinkludu tmien kabini privati fl-Ewwel Klassi, 42 seat li jinżel sodda fil-Klassi tan-Negozju, u 310 siġġu spazjuż fil-Klassi Ekonomija.

Il-klijenti fuq it-titjiriet tal-Emirates igawdu mill-ospitalita’ rinomata tal-ekwipaġġ multi-nazzjonali, inklużi Maltin, kif ukoll ikel gourmet u s-sistema ta’ divertiment msemmija ‘ice’ li rebħet bosta unuri. B’aktar minn 2,500 istazzjon ta’ divertiment, li jvarjaw minn films, programmi tat-televixin, logħob, audio books, u mużika minn madwar id-dinja, ‘ice’ kisbet l-unuri għall-aqwa divertiment abbord minn Skytrax għal 12-il sena konsekuttiva. Bħal kull titjira tal-Emirates, il-passiġġieri jgawdu minn piż tal-bagalji generuż: 50 kilo’ fl-Ewwel Klassi, 40 kilo’ fil-Klassi tan-Negozju u sa massimu ta’ 35 kilo’ fil-Klassi tal-Ekonomija.

Mill-ewwel ta’ Frar 2017, EK 109 se titlaq minn Dubaj fis-7:50, u tasal Larnaka fl-10:20. Titlaq minn Larnaka fil-11:50, u tasal Malta fis-13:25. It-titjira tar-ritorn, EK 110, se titlaq minn Malta fit-14:55, u tasal Larnaka fis-18:15. Minn Larnaka titlaq fis-19:30, u tasal Dubaj fis-01:25 tal-għada. Dawn il-ħinijiet huma ideali għal min ikollu vjaġġi ‘l hinn minn Dubaj lejn destinazzjonijiet fl-Awstralja, il-Lvant Mbiegħed, l-Asja, l-Afrika u l-Amerka ta’ Fuq jew t’Isfel.

In-negozjanti ukoll se jibbenefikaw mill-ajruplan Boeing 777-300ER li jista’ jġorr b’kollox tagħbija ta’ merkanzija ta’ 23 tunnellata f’kull direzzjoni permezz tal-Emirates SkyCargo. 

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook