Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija

Innovent tniedi kumpless ġdid għall-organizazzjoni ta’ okkażjonijiet ta’ kull tip

3 t'Ottubru 2016 13:13
The Club House
Din id-dar tas-seklu sittax, ġiet ikkonvertita f’post uniku sabiex tilqa’ okkazjonijiet ta’ kull tip.  Il-binja tradizzjonali f’qalb il-kampanja Maltija hija mimlija awtentiċità. Il-kmamar tad-dar fejn qabel kienet tgħix il-familja, mimlija tradizzjoni tal-imgħoddi iżda aġġornati bi stil kontemporanju, illum gew imsejha The Club House.

Taħt il-Club House jinsabu dawk li fl-imgħoddi kienu l-istallel, li ġew trasformati b’mod eċċezzjonali. The Vault huwa post tassew uniku, mimli maġija, atmosfera storika u karattru awtentiku Malti. Il-post joffri l-faċilitajiet kollha biex jinħoloq l-ispazju ideali biex timmeravilja lill-mistednin.

The Rooftop, hija żona fuq barra li toffri veduti spettakolari tal-kampanja. Din għandha atmosfera eleganti u tagħti l-flessibbiltà li ttella’ avvenimenti bi nhar kif ukoll filgħaxija. 

Innovent hija kumpanija li għandha iktar minn 30 sena esperjenza fil-qasam tad-divertiment u organizzazzjoni ta’ okkażjonijiet ta’ kwalunkwe xorta u dan jagħmilha kapaċi tilqa’ ħtigijiet differenti b’garanzija ta’ suċċess. Din il-kollezzjoni ta’ postijiet awtentici Maltin ġiet imnedija waqt okkażjoni fejn il-mistednin setgħu jesperjenzaw l-atmosfera. Tnejn mit-tliet postijiet ġew restawrati riċentament u għalkemm joffru spazji uniċi, fl-istess ħin jikkumplimentaw lil xulxin.

It-tliet spazji indipendenti u privati joffru esperjenza tassew unika. Il-postijiet jistgħu jinkrew apparti, jew flimkien għal laqghat, festi jew ikliet. L-Innovent tista’ tgħinek b’kull tip ta’ avveniment minn laqgħat żgħar ta’ 10 persuni, għal dawk ikbar bħal konferenzi, tiġijiet, wirjiet u staff parties sa 500 ruħ. 

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook