Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija Kummerċjali

Il-Bank HSBC Malta jirreġistra qligħ ta’ €41.3 miljun għall-ewwel sitt xhur tal-2016

Il-Bank HSBC Malta jirreġistra żieda fil-qligħ u dividendi matul l-ewwel nofs tas-sena 2016 

 

Staff Reporter / 5 t'Awwissu 2016 13:23
  • Qligħ qabel it-taxxa ta’ €41.3 miljun għall-ewwel sitt xhur li ntemmu fit-30 ta’ Ġunju 2016. Il-prestazzjoni kienet ta’ €5 miljuni jew 13.8% ogħla mill-istess perjodu tas-sena l-oħra.
  • Il-qligħ aġġustat qabel it-taxxa, eskluż l-effett ta’ non-recurring item (kif spjegat fis-sezzjoni ‘Prestazzjoni Finanzjarja’ f’paġna 2), kien ta’ €30.5 miljun. Dan ifisser tnaqqis ta’ 15.9% meta mqabbel mal-istess perjodu fis-sena 2015. It-tnaqqis seħħ primarjament minħabba l-impatt ħażin tar-rati negattivi tal-interessi, dħul mingħajr interessi baxx minħabba azzjonijiet relatati mal-immaniġjar tar-riskji, u effett temporanju ta’ ispejjeż regolatorji ogħla.     
  • Qligħ attribwit lill-azzjonisti ta’ €26.9 miljun għas-sitt xhur li ntemmu fit-30 ta’ Ġunju 2016. Dan jirriżulta fi dħul ta’ 7.5 ċenteżmi għal kull sehem meta mqabbel mal-6.6 ċenteżmi fl-istess perjodu tal-2015.
  • Il-common equity tier 1 ratio żdied għal 12.5% fit-30 ta’ Ġunju 2016, minn 12.3% irreġistrat fl-aħħar tas-sena 2015.
  • Id-dividend gross finali rakkomandat hu ta’ 7.1 ċenteżmi għal kull sehem (4.6 ċenteżmi netti mix-taxxa), 40% ogħla mid-dividend interim li ngħata fl-istess perjodu fl-2015.
  • Il-cost efficiency ratio aġġustat għal attivita’ sinifikanti mhux rikorrenti għall-perjodu li ntemm fit-30 ta’ Ġunju 2016 kien ta’ 59.6%, meta mqabbel mal-55.6% għall-istess perjodu s-sena l-oħra. Ir-ratio kien affettwat minn dħul aġġustat iktar baxx, filwaqt li l-ispejjeż baqgħu baxxi. Dan hu xhieda ta’ dixxiplina soda fil-kontroll tal-ispejjeż.
  • Ir-ritorn fuq l-ekwita’ , aġġustat wara l-effett ta’ attivita’ sinifikanti mhux rikorrenti (non-recurringsignificant item), għall-perjodu ta’ sitt xhur li ntemmu fil-30 ta’ Ġunju  2016 kien ta’ 8.5% meta mqabbel mal-10.5%  għall-istess perjodu fl-2015.
  • It-total tal-assi fit-30 ta’ Ġunju 2016 kien ta’ €7,284 miljun, żieda ta’ €48 miljun meta mqabbla mal-31 ta’ Diċembru 2015.
  • Id-depożiti tal-klijenti  fit-30 ta’Ġunju 2016 jammontaw €5,002 miljuni, żieda ta’ €52 miljun meta mqabbla mal-31 ta’ Diċembru 2015.


Il-Bank HSBC Malta p.l.c. irreġistra qligħ qabel it-taxxa ta’ €41.3 miljun għall-ewwel sitt xhur (N1) li ntemmu fit-30 ta’ Ġunju 2016, meta mqabbel mas-€36.3 miljun tal-istess perjodu fl-2015. Dan jirrappreżenta żieda ta’ €5 miljuni jew 13.8% fuq l-istess perjodu ta’ qabel.

Inkluż fir-rapport tar-riżultati hemm il-gwadann tal-interessi mill-isħubija tal-bank fil-Visa Europe. Matul l-ewwel nofs tas-sena 2016, Visa Inc. lestiet l-akkwist ta’ Visa Europe. B’riżultat ta’ din it-tranzazzjoni, il-bank kiseb cash consideration u preference shares. L-ammont totali ta’ dan id-dħul rikonoxxut fir-riżultati rigward din it-tranzazzjoni kien ta’ €10.8 miljun. Din kienet attività sinifikanti mhux rikorrenti u għalhekk id-dħul relatat ma’ din it-tranzazzjoni kien eskluż mir-riżultati aġġustati bil-għan li tintwera l-prestazzjoni reali ta’ negozju.   
 

N1 2016


N1 2015
 

€000


€000


Qligħ irreġistrat qabel it-taxxa


              41,314


                36,309


Dħul nett mill-bejgħ tal-investiment fi Visa Europe


              (10,787)


                       -  


Aġġustament tal-qligħ qabel it-taxxa


              30,527


              36,309


Il-prestazzjoni aġġustata kienet konformi mal-previżjonijiet tal-management.

Il-qligħ attribwit lill-azzjonisti ammonta għal €26.9 miljun li jirriżulta fi dħul għal kull sehem ta’ 7.5 ċenteżmi meta mqabbel mas-6.6 ċenteżmi fl-ewwel nofs tas-sena 2015. Abbażi ta’ dividend payout ratio ogħla ta’ 65% approvat is-sena l-oħra, il-Bord qed jirrakkomanda dividend finali gross ta’ 7.1 ċenteżmi għal kull sehem (4.6 ċenteżmu netti mit-taxxa). Dan ifisser żieda ta’ 40% meta mqabbel mad-dividendi interim li ngħataw għall-ewwel sitt xhur tas-sena 2015. Id-dividend interim jitħallas fid-9 ta’ Settembru 2016 lil dawk l-azzjonisti rreġistrati fil-ktieb tal-azzjonisti tal-Bank fit-12 ta’ Awwissu 2016.

Andrew Beane, Direttur u Kap Eżekuttiv ta’ HSBC Malta, ikkummenta dwar il-prestazzjoni tan-negozju u t-twettiq tal-istrateġija: “Il-prestazzjoni fl-ewwel nofs tas-sena 2016 kienet konformi mal-aspettattivi tagħna. Filwaqt li l-qligħ aġġustat kompla jkun affettwat minn rati negattivi  ta’ imgħaxijiet u dħul volatili mill-Kumpannija tal-Assigurazzjoni, għamilna progress tajjeb fl-implimentazzjoni tal-istrateġija l-ġdida tagħna li l-Bord approva fi Frar. Kisbiet importanti jinkludu l-iffirmar tal-Ftehim Kollettiv mal-unions tagħna u l-ħatra ta’ tim ġdid ta’ tmexxija. Minkejja żieda fl-ispejjeż tal-pagi wara negozjati mal-unions u żieda addizzjonali fl-ispejjeż regolatorji, permezz ta’ dixxiplina soda fil-kontroll tal-ispejjeż  li wettaqna, irnexxielna nżommu l-ispejjeż aġġustati baxxi fil-livell tal-2015. Dan ifisser prestazzjoni tajba.   

Hu żied jgħid: “Nittama li l-azzjonisti ser jilqgħu ż-żieda ta’ 40% fid-dividendi għax din turi li ta’ min jinvesti fl-ishma ta’ HSBC Malta. Konformi mal-istrateġija tagħna biex inkunu ‘il-Bank tal-Għażla’ għall-klijenti, nibqgħu fiduċjużi fl-abbiltajiet tagħna li nkomplu nżidu l-qligħ tagħna matul iż-żmien mingħajr ma nżidu r-riskji.

“Meta nħarsu ’il quddiem, naraw li l-ambjent li fih noperaw ser jibqa’ wieħed mimli sfidi, b’mod partikolari bid-deċiżjoni tar-Renju Unit li jitlaq mill-Unjoni Ewropea. Din ħolqot żieda fil-livell ta’ inċertezza. L-impatt immedjat kien żvalutazzjoni sinifikanti tal-isterlina għalkemm l-implikazzjonijiet fit-tul, pożittivi jew negattivi, għadhom mhux ċari. HSBC jibqa’ fiduċjuż fl-ekonomija ta’ Malta u hu impenjat li jappoġġja lill-klijenti tagħna.”

Andrew Beane qal: “Finalment, nixtieq nespimi r-ringrazzjament tiegħi lill-kollegi kollha tiegħi fl-HSBC għax-xogħol siewi u d-dedikazzjoni sħiħa tagħhom biex jappoġġjaw lill-klijenti u lill-azzjonisiti tagħna matul l-ewwel nofs ta’ din is-sena.”

It-tliet oqsma ewlenin tan-negozju, Retail Banking & Wealth Management (RBWM), Commercial Banking (CMB) u Global Banking & Markets (GBM), ilkoll kemm huma għamlu qligħ fl-ewwel sitt xhur tal-2016.

Id-dħul nett minn imgħax żdied għal €63.9 miljun jew b’6.4% meta mqabbel mas-€60 miljun fl-istess perjodu fl-2015. L-ambjent ta’ rati ta’ imgħax baxxi kompla jħalli l-effett tiegħu fuq il-prestazzjoni tal-bank, bil-qligħ mill-assi li jrendu imgħaxijiet kompla jonqos u wassal għal qligħ minn imgħax aktar baxx. Dan kien kompensat minn żieda pożittiva fil-volum ta’ retail banking u tnaqqis fl-ispejjeż tal-finanzjamenti. 

Id-dħul nett mil-miżati niżel bi 12% meta mqabbel mal-istess perjodu fl-2015. Dan hu riżultat ta’ tnaqqis fl-attivitajiet ta’ trusts u stockbroking. Barra minn hekk, il-bank ra tnaqqis fil-miżati relatati mal-karti tal-kreditu, hekk kif regolamenti ġodda daħlu fis-seħħ fi tmiem is-sena 2015 u introduċew tnaqqis fil-miżati tal-iskambju (interchange).

L-HSBC Life Assurance (Malta) Limited irrappurtat qligħ qabel it-taxxa ta’ €2 miljuni, meta mqabbel mas-€6.7 miljuni fl-ewwel nofs tas-sena 2015. Dan ir-riżultat kien affettwat l-aktar minħabba movimenti negattivi fil-yield curve.

Il-qligħ minn negozju (trading profits) naqas bi €1miljun meta mqabbel mal-ewwel nofs tas-sena 2015. Dan jirrefletti tnaqqis fil-volum ta’ negozjar u marġni iżgħar fl-iskambju barrani.

Dħul nett operattiv ieħor żdied bi €0.4 miljun meta mqabbel mal-ewwel nofs tas-sena 2015. Dan inkiseb b’riżultat mill-bejgħ ta’ propjetajiet riposseduti mingħand klijenti mhux produttivi (non-performing customers).

L-ispejjeż operattivi ta’ €51.8 miljun kienu €1.8 miljun, jew 3.7%, ogħla mill-ewwel nofs tas-sena 2015. Dan seħħ l-aktar minħabba r-rikonoxximent ta’ ħlas f’daqqa ta’ sena sħiħa lill-iskema Depositor Compensation Scheme u lill-fond Single Resolution Fund. Wieħed irid iqis li fl-ewwel sitt xhur tas-sena l-oħra kienu tħallsu biss il-kontribuzzjonijiet tal-ewwel sitt xhur. Eskluż dan il-fatt temporanju, l-ispejjeż operattivi baqgħu l-istess meta mqabbla mas-sena l-oħra. Minkejja l-fatt li kien hemm żieda ta’ 2% fl-ispejjeż tal-pagi skont il-Ftehim Kollettiv ġdid, l-ispejjeż relatati mal-impjegati bdew jitnaqqsu minħabba l-implimentazzjoni tal-programm tal-irtirar volontarju li tħabbar fl-aħħar tas-sena l-oħra.

Il-proviżjoni netta għall-indebolimenti (impairments) ta’ €3.9 miljuni kienet ta’ €0.3 miljun ogħla minn dik tal-ewwel nofs tal-2015. Din iż-żieda hi  attribwita l-aktar għar-reviżjoni storika fir-rati użati fil-proċess tal-indeboliment kollettiv. Fuq kollox, il-kwalità tal-assi tibqa’ waħda sodisfaċenti b’persentaġġ għoli ta’ sigurtà tanġibbli miżmuma mal-portafoll ġenerali tas-self. 

Il-pożizzjoni finanzjarja u l-kapital

It-total tal-assi tal-Grupp żdied għal €7,284 miljun sat-30 ta’ Ġunju 2015. Dan kien xprunat mill-influss kontinwu tad-depożiti tal-klijenti, li kompla jiżdied b’€52 miljun fl-ewwel nofs tas-sena 2016.

Is-self nett u advances to customers kienu ta’ €3,307 miljun, €22 miljun ogħla minn dak irreġistrat fil-31 ta’ Diċembru 2015. Dan it-tkabbir kien primarjament irreġistrat fil-bilanċ tal-ipoteki minħabba żieda fid-domanda ta’ klijenti li qed jixtru l-ewwel dar tagħhom. Il-bank kompla jesperjenza livell ogħla ta’ pagamenti qabel iż-żmien minħabba l-ambjent persistenti ta’ rati baxxi ta’ imgħax.

Il-portfolju tal-investimenti available-for-sale tal-bank hu magħmul minn highly-rated paper u għadu wieħed konservattiv.

Il-likwidità tal-bank baqgħet bejn wieħed u ieħor l-istess b’advances-to-deposits ratio konservattiv ta’ 66%.

Il-bank kompla jsaħħaħ il-common equity tier 1 (CET1) tiegħu li telgħet għal 12.5% minn 12.3% fil-31 ta’ Diċembru 2015. Il-proporzjon kapitali tal-CET1 kompla jkun ogħla mil-livell meħtieġ mir-regolamenti regolatorji. It-total capital ratio kien ta’ 13.5% meta mqabbel mal-14.2% fil-31 ta’ Diċembru 2015. Dan kien riżultat ta’ amortizzazzjoni regolatorja ta’ dejn subordinat li jimmatura fis-sentejn li ġejjin.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook