Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija Kummerċjali

Waħda minn 20 tfajla Maltija tiġi nkurunata Miss Malta nhar is-Sibt 6 ta' Ġunju

It-tliet rebbieħa prinċipali se jirrapreżentaw lil malta fit-Tajlandja u l-Polonja

John Busuttil / 22 ta' Mejju 2015 19:26
Pearl Haber ittemm ir-renju tagħha nhar is-Sibt 6 ta' Ġunju
Din is-sena timmarka il-52 edizzjoni tat-titlu nazzjonali Miss Malta. Dan l-avventiment prestiggjuz huwa organizzat minn Glow Promotions immexxija minn Alan J. Darmanin u Jeff Francalanza.  Ghoxrin finalista qieghdin jiehdu sehem fejn kollha qieghdin jirrapprezentaw lokalita` differenti minn madwar Malta u Ghawdex.

It-tlett rebbieha principali ser ikollhom l-opportunita` li jirrapprezentaw lil Malta f’konkorsi internazzjonali fosthom Miss Grand International gewwa it-Tajlandja u Miss Supranational gewwa l-Polonja. Miss Malta ser jinghatawlha bosta rigali u sena mimlija intervisti fuq televizjoni, gazzetti, rivisti u aktar.

Pearl Haber, mill-Furjana, li kienet ir-rebbieha tas-sena l-ohra, ser iccedi ir-renju taghha nhar is-Sibt 6 ta’ Gunju 2015 gewwa GrandMaster’s Suite, Hilton Malta. Is-serata ser tixxandar diretta fuq l-istazzjon One.

Ghal aktar informazzjoni rigward il-kontestanti jew dwar il-biljetti tas-serata finali zur il-pagna ta Facebook Miss Malta 

John Busuttil attenda is-Seminarju tal-Arċisqof fil-livell sekondarju. Fl-1978 attenda għal kors tal-Method Study organizzat mill-Malta Institute of Management u ġie ċċertifikat fil-Method Time Study. Fl-1987 attenda b’suċċess għal kors fil-Middle Management organizzat mid-dipartiment tal-Management studies fl-Universita ta’ Malta. Għal erba snin sħaħ, 1994, 2000, 2001 u 2004 kien finalist tal-ġurnalist tas-sena fil-BPC awards u fl-2004 ingħata dan l-unur għal 'significant contribution to Professional Journalism' Producer & Presenter ta' diversi programmi fuq NET TV, SMASH TV, PBS u ONE TV. Ipproduċa u ppreżenta programmi radjufoniċi dwar Vjaġġar u Sport u pparteċipa f'diversi programmi televiżivi u radjufoniċi dwar suġġetti varjati. Għal 43 sena ħadem mal-Media Link. U bħalissa jaħdem mal-MediaToday.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook