Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija Kummerċjali

L-impjegati ta’ Banif Bank b'aktar solidarjetà tagħhom lil Hospice Malta

Skema volontarja fejn tingħata donazzjoni żgħir awtomatikament kull xahar mill-paga

Staff Reporter / 22 ta' Mejju 2015 12:31
L-impjegati ta’ Banif Bank reġgħu urew l-appoġġ tagħhom lejn Hospice Malta billi ppreżentaw somma miġbura permezz ta’ skema volontarja fejn tingħata donazzjoni zgħira awtomatikament kull xahar mill-paga.

Malta Hospice Movement hi organizzazzjoni volontarja li ma tagħmilx qligħ, u li tipprovdi kura speċjalizzata għal aktar minn 1,000 pazjent u l-familji tagħhom. Tim ta’ professjonisti differenti joffru s-servizzi tagħhom biex ikunu indirizzati l-bżonnijiet fiżiċi, psikoloġiċi, soċjali u spiritwali li jiffaċċjaw il-pazjenti b’mard serju. Id-donazzjoni tal-Banif turi r-rikonoxximent tax-xogħol siewi  li tagħmel il-Hospice.

Kenneth Delia, maniġer ġenerali ta’ Hospice Malta, qal “L-għan ta’ Hospice Malta hu li nibqgħu nagħmlu differenza fil-ħajja tal-pazjenti u l-familji tagħhom. Bis-saħħa ta’ ġenerożità bħal din irnexxilna nwettqu l-missjoni tagħna li noffru kura palljattiva u ta’ tmiem il-ħajja fil-gżejjer Maltin b’xejn għal dawn l-aħħar 26 sena. F’isem il-pazjenti u l-familji tagħhom, nixtiequ nuru l-apprezzament lill-impjegati ta’ Banif.”

“Il-Bank hu attiv ħafna fl-appoġġ tiegħu lill-komunità u dawn il-valuri huma mħaddna ukoll mill-impjegati tagħna” qal Simon Grech, Kap tad-Dipartiment għas-Servizzi Korporattivi f’Banif Bank. “B’din id-donazzjoni u inizjattivi oħra, bħal ġabra ta’ Casual Friday ta’ kull xaħar, l-impjegati għandhom l-opportunità li jikkontribwixxu għal kawżi importanti b’mod tanġibbli.  Flimkien mad-diversi attivitajiet ta’ CSR li jwettaq il-Bank, dawn l-inizjattivi jgħinu biex nippromwovu kultura ta’ solidarjetà, li biha jissaħħaħ ukoll is-sens ta’ komunità bejnietna stess. Għandna pjaċir kbir nestendu l-appoġġ tagħna lil Hospice Malta, u nixtiequ nieħdu din l-opportunità biex nirrangrazzjawhom tax-xogħol eċċellenti li jagħmlu.”

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook