Vodafone tniedi s-servizz HD Voice

Vodafone Malta ħabbret li se toffri t-teknoloġija HD Voice lill-klijenti kollha. Din se tkun disponibbli awtomatikament bl-ebda spiża addizzjonali fuq telefonati li jsiru minn linja ta’ Vodafone lejn linja oħra ta’ Vodafone, b’mowbajl li jippermetti l-HD Voice.

Dak li jagħmel l-HD Voice differenti u ferm aħjar minn teknoloġiji Voice oħra hu li jippermetti telefonati ċari daqs il-kristall u HD filwaqt li jnaqqas l-istorbju fl-isfond għal ammont minimu. Il-frekwenzi wżati jagħmlu l-ilħna jinstemgħu aktar naturali. Kif qal Tamas Banyai, Il-Kap tal-Unit għan-Negozju tal-Konsumaturi ta’ Vodafone “Aħna ferm kuntenti li qed noffru l-ewwel HD Voice f’Malta lill-klijenti tagħna peress li dan verament se jbiddel l-esperjenza tagħhom fil-każ tat-telefonati. Bl-HD Voice, kull kelma hi aktar ċara, kull frażi distinta: litteralment il-persuna li qed titkellem magħha tkun qisa qegħda fil-kamra miegħek. Il-kwalità ta’ dawn it-telefonati tant hi tajba li tista’ tagħmel ukoll telefonata fil-pubbliku mingħajr ma jkollok toqgħod tgħajjat biex tinftiehem.”

Il-Kap tat-Teknoloġija ta’ Vodafone Malta, Andrew de la Torre kkummenta: “Konna konvinti li se noffru l-HD Voice kemm jista’ jkun malajr peress li din it-teknoloġija tipprovdi l-aqwa kwalità lill-klijenti tagħna. Għal darb’oħra dan hu pass importanti fl-impenn ta’ Vodafone li toffri l-aqwa u l-aktar network versatili fil-gżira.”

Vodafone hu l-uniku operatur f’Malta li joffri din it-teknoloġija, li hi internazzjonalment hi kkunsidrata li tipprovdi l-aħjar livell possibbli ta’ kwalità fil-vuċi fil-komunikazzjoni mobbli [Sors: GSMA]. Klijenti ta’ Vodafone li għandhom mowbajl li jippermetti l-HD voice u li jċemplu fuq in-network 3G jew 4G se jkunu jistgħu jesperjenzaw l-HD Voice meta jċemplu klijenti oħra ta’ Vodafone b’mowbajl li jippermetti wkoll l-HD Voice.

More in Kummer?jali