Total ta’ 3,925 sena ta’ servizz ma’ BOV

Din is-sena grupp ta’ 148 impjegat se jkun qed jiċċelebra l-20, il-25, it-30, il-35 u l-40 sena servizz mal-Bank of Valletta.

Il-ħaddiema li għalqu l-anniversarju tagħhom ma’ Bank of Valletta
Il-ħaddiema li għalqu l-anniversarju tagħhom ma’ Bank of Valletta

Bħala rikonoxximent, il-bank stieden lil dawn l-impjegati għal avveniment li matulu ġie mfakkar dan il-punt importanti fil-karriera tagħhom.

Il-Kap Eżekuttiv tal-BOV, Charles Borg kien preżenti wkoll filwaqt li laqa’ u indirizza lill-mistednin billi qal “Dan l-avveniment jenfasizza l-kontribut twil tagħkom lejn is-suċċess kontinwu ta’ din l-istituzzjoni. Huwa grazzi għall-isforzi ddedikati u l-lealtà tagħkom, li l-bank irnexxielu jikber għal-livell li jinsab fih illum,” temm Borg.

More in Kummer?jali