Mara ta' 74 tweġġa' gravi wara li waqgħet f'bokka ta' kantina

L-inċident seħħ f’ħanut fi Triq Misraħ is-Sliem f’Ħaż-Żabbar

It-Tlieta 12 ta’ Settembru, għall-ħabta ta’ 3 p.m, intalbet l-għajnuna tal-Pulizija f’ħanut fi Triq Misraħ is-Sliem f’Ħaż-Żabbar.

Irriżulta li mara ta’ 74 sena residenti Ħaż-Żabbar kienet weġġgħet wara li waqgħet f’bokka ta’ kantina.

Din ingħatat l-ewwel għajnuna minn membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku, u ttieħdet l-isptar, fejn ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.

L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

More in Kronaka