Ħabta bejn mutur u karozza fil-Mosta

Din seħħet wara li x-xufier tal-karozza daħal fil-karreġġjata opposta wara li tilef il-kontroll u laqat barrikata

Nhar is-Sibt 19 t’Awwissu, għall-ħabta tat-8 a.m, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident fi Triq id-Difiża Ċivili, il-Mosta.

Meta marret fuq il-post, sabet li kien hemm ħabta raġel ta’ 68 residenti San Pawl il-Baħar tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu, tat-tip Toyota, u daħal ġo barrikata tas-siment.

Kawża t’hekk, il-karozza marret fil-karreġġjata opposta, u ħabtet ma’ mutur tal-għamla Ducati, misjuq minn Irlandiż ta’ 41 sena residenti l-Mosta.

Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka