Il-Pulizija ssib 30 persuna jgħixu f'Malta illegalment

Beda l-proċess sabiex dawn jittieħdu f'pajjiż fejn jistgħu jgħixu legalment

Nhar il-Ġimgħa 11 t’Awwissu filgħodu, komplew l-ispezzjonijiet tal-Pulizija, assistiti minn uffiċċjali tas-Servizzi tad-Detenzjoni, marbuta mal-immigrazzjoni irregolari f’Malta.

F’rondi fit-toroq u fuq karozzi tal-linja, instabu 30 persuna jgħixu f’Malta mingħajr permess. Dawn ittieħdu fiċ-ċentru ta’ detenzjoni u beda l-proċess sabiex dawn jiġu ritornati f’pajjiż fejn ikunu jistgħu jabitaw legalment.

Il-Pulizija kkommettiet ruħha sabiex tkompli b’dawn l-ispezzjonijiet fil-ġimgħat li ġejjin.

More in Kronaka