Xerrdu l-kelma! Iċ-ċentru tas-saħħa f'Ħal Qormi se jagħlaq temporanjament minħabba manutenzjoni

Ċertu servizzi se jibqgħu jingħataw f'żoni differenti f'Ħal Qormi stess filwaqt li oħrajn se jiġu trasferiti f'kliniċi oħra

Minn nhar it-Tnejn 7 ta' Awwissu, iċ-Ċentru tas-Saħħa f'Ħal Qormi se jagħlaq temporanjament biex isir manutenzjoni u modernizzar tal-istess ċentru. Minkejja dan, is-servizzi marbuta ma' saħħa mentali se jibqgħu joperaw f'żona segregata fi ħdan iċ-ċentru, sal-aħħar ta' Awwissu. 

Intant matul dan l-għeluq, it-teħid tad-demm se jsir temporanjament fiċ-Ċentru Parrokjali ta' San Bastjan, li jinsab faċċata tal-Knisja ta' San Bastjan. Servizzi oħra se jiġu trasferuti fi ħdan ċentri tas-saħħa oħra u kliniċi tal-komunità. 

Klijenti li għandhom appuntamenti skedati wara s-6 ta' Awwissu qed jiġu ikkuntattjati individwalment bl-informazzjoni ta' fejn iridu jmorru minflok. Pazjenti oħra li jirrikjedu attenzjoni immedjata huma mitluba li jmorru fiċ-ċentru tas-saħħa tal-Floriana jew dak ta' Birkirkara.

More in Kronaka