Raġel ta' 48 sena jitlef ħajtu fil-Fgura, wara li waqa' tliet sulari

L-inċident seħħ meta r-raġel prova jinżel minn fuq il-bejt għall-gallarija għax kien issakkar barra 

Illum għall-ħabta tas-1:45 p.m. il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fi Triq il-Karmelitani, il-Fgura. Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li raġel ta' 48 sena waqa' għoli ta' madwar tliet sulari wara li prova jinżel minn fuq il-bejt għall-gallarija tal-proprjetà tiegħu minħabba li kien issakkar barra. 

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza sabiex jassistu, iżda sfortunatament ir-raġel kien iċċertifikat mejjet fuq il-post.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Claire Stafrace Zammit kienet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin

More in Kronaka