Żewġt iklieb maqtula f'Ta Sannat Għawdex

Iż-żewġt iklieb tar-razza fox terrier jidher li nqatlu b'tiri ta' arma tan-nar u l-Pulizija qed iżżom raġel ta' 51 sena biex jassisti fl-investigazzjoni

Żewġt iklieb inqatlu fl-inħawi ta’ Triq il-Għaxra ta’ Ottubru, 1942, f’Ta’ Sannat, Għawdex it-Tnejn filgħaxija, għall-ħabta tal-5:45pm.

Meta l-Pulizija ġiet infurmata bil-każ, marret mal-ewwel fuq il-post, fejn instabu żewġt iklieb tar-razza fox terrier mejta, u possibilment inqatlu b’tiri ta’ arma tan-nar. Il-Pulizija bdiet l-investigazzjonijiet minnufhi u l-klieb ġew miġbura minn uffiċjzli mid-Direttorat tal-Ħarsien tal-Annimali.

Intant, raġel ta’ 51 sena qed jinżamm mill-Pulizija biex jassisti fl-investigazzjonijiet u l-Maġistrat tal-Għassa Dr. Simone Grech ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

More in Kronaka