Żewġ ħaddiema jweġġgħu wara li waqgħu minn fuq sellum f'żewġ inċidenti separati

L-ewwel każ seħħ f'lukanda f'San Pawl il-Baħar u t-tieni każ seħħ ftit tal-ħin biss wara faċċata tal-istess lukanda

Żewġ ħaddiema weġġgħu wara li waqgħu minn fuq sellum f’żewġ inċidenti separati.

L-ewwel każ seħħ f’lukanda li tinsab taħt kostruzzjoni fi Triq il-Qawra, San Pawl il-Baħar għall-ħabta tad-9:15am.

Indjan ta’ 57 sena residenti Tal-Pietà, waqa’ minn fuq sellum waqt li kien qed jaħdem. 

Waqt li kienu fuq il-post, il-Pulizija ġiet infurmata li kien waqa’ raġel ieħor faċċata tal-lukanda. 

Jidher li ħaddiem ieħor, Tork ta’ 45 sena residenti l-Gżira, kien ukoll waqa’ minn fuq sellum waqt li kien qed jaħdem. 

Tim mediku ta l-assistenza u ambulanza ħadet liż-żewġ ħaddiema l-Isptar Mater Dei għall- kura meħtieġa. 

Aktar tard, it-Tork ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi filwaqt li l-Indjan ġie ċċertifikat li weġġa’ ħafif. 

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.

 L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

More in Kronaka