Kważi ħames persuni kuljum weġgħu f'inċident tat-traffiku matul ix-xhur tas-sajf

Ċifri tal-NSO juru illi bejn Lulju u Settembru seħħew 4,062 inċident u weġġgħu 449 persuna

In-numru ta' inċidenti tat-traffiku matul it-tielet kwart tal-2022 - jiġifieri bejn Lulju u Settembru - kienu jlaħħqu l-4,062, li jinkludu kull tip ta' inċident inkluż inċidenti żgħar u dawk li jitrattaw karozzi, ċiklisti u anke dawk li jinvolvu nies mexjin fit-triq.  Dan jgħodd għal madwar 44 inċident kuljum matul dawn ix-xhur. Din hija żieda ta' 2.1% meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena l-oħra 

Intant matul l-istess perjodu ta' żmien b'kollox weġgħu 449 persuna f'inċident tat-traffiku li tinħadem għal 4.4% aktar mill-istess perjodu s-sena l-oħra u medja ta' ħames persuni kuljum. Minn dawn 116-il persuna weġgħu gravi - u minnhom 61 kienu xufiera, 17 kienu passiġġiera u 38 persuna kienu qed jimxu, ċiklisti u oħrajn. 

B'kollox f'dan il-perjodu tilfu ħajjithom sitt persuni kawża ta' inċidenti tat-traffiku. Il-maġġoranza ta' dawk li weġġgħu fl-inċidenti kienu irġiel (71.6%), filwaqt li ħamsa mis-sitt persuni li tilfu ħajjithom kienu irġiel ukoll. 

 

More in Kronaka