Il-Pulizija tagħmel sejba ta' droga waqt roadblock f'Ħal Qormi

Il-Pulizija nnutaw karozza tieqaf ftit 'il bogħod minnhom u x-xufier beda jaġixxi b'mod suspettuż

Membri mis-sezzjoni tar-Rapid Intervention Unit (RIU), waqt spezzjonijiet tat-traffiku li wettqu matul il-lejl li għadda fi Triq l-Imdina, Ħal Qormi, arrestaw raġel li nstab fil- pussess ta' ammont ta’ droga. 

Kien għall-ħabta tal-ħdax neqsin kwart meta l-Pulizija nnutaw Toyota IQ, tieqaf ftit ‘il bogħod minnhom u x-xufier beda jaġixxi b’mod suspettuż.

Il-Pulizija avviċinaw il-vettura li kienet misjuqa minn raġel ta’ 36 sena u li jgħix Ħal Qormi. Fil-karozza nstabu diversi pakketti suspettati kokaina, flus u oġġetti oħra relatati mad-droga.

Ir-raġel ġie arrestat fuq il-post u mistenni jitressaq il-Qorti llum għall-ħabta tal-ħdax u kwart (1115hrs) quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Ian Farrugia.

More in Kronaka