F'Ħal Tarxien, mara ta' 81 sena tinstab mejta wara li nirien ħakmu darha

Il-mara ġiet iċċertifikata mejta fuq il-post

Mara ta' 81 sena nstabet mejta d-dar wara li r-residenza tagħha fi Triq Betta, f'Ħal Tarxien qabdet in-nar. 

L-Uffiċjali tal-Pulizija, membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll it-tim mediku ġew imsejħa fuq il-post kmieni dalgħodu, ftit wara s-6:00.a.m.

Il-mara ġiet iċċertifikata mejta fuq il-post. Tnediet ukoll inkjesta maġisterjali.

Is-sindku ta' Ħal tarxien b'appell lir-residenti

Is-sindku ta' Ħal Tarxien, Joseph Abela Galea, tkellem fuq dan l-inċident fuq il-midja soċjali u qal li 'Ħal Tarxien, dalgħodu stenbaħ b' diżgrazzja kbira."

Hu qiegħed jitlob lil kull minn jista', b'mod speċjali lir-residenti, biex jiġbru donazzjoni għal familja tal-anzjana li "lanqas biss fadallhom bieb ta' barra"

 

 

More in Kronaka