Aġġornata bir-ritratti | Tliet persuni salvati mill-Forzi Armati wara li vapur inqasam fi tnejn

Ma jidhirx li fuq il-vapur kien hemm aktar persuni

Tliet persuni ġew salvati mill-Forzi Armati ta' Malta wara li vapur, bl-isem ta' Lady Sandra, inqasam fi tnejn fl-ibħra Maltin.

Il-każ seħħ matul il-lejl li għadda hekk kif il-baħar qawwi ħabbat mhux ftit lil dan il-bastiment li jbaħħar taħt il-bandiera Ingliża.

Ma jidhirx li fuq il-vapur kien hemm aktar persuni.

Il-persuni salvati huma żewġ Eġizzjani u Rumen.

More in Kronaka