'Meta nkun waħdi fil-karozza, għadni nkellmek dwar uliedna' - Carmel lil martu Miriam

Miriam Pace tilfet ħajjitha bħal-lum tliet ġimgħat wara li ġġarfet id-dar tagħha

“Meta nkun waħdi fil-karozza, għadni nkellmek dwar uliedna u s-sitwazzjoni preżenti f’Malta.” Hekk kiteb dalgħodu Carmel Pace, ir-raġel ta’ Miriam Pace li tilfet ħajjitha wara li ġġarfet id-dar tagħha bħal-lum tliet ġimgħat.

“Għadni narak kullimkien, saħansitra għadni nsejjaħlek u nistenna għalxejn li tweġibni,” kiteb Carmel.

Minkejja l-firda minn martu, Carmel kiteb li l-uniku serħan tiegħu huwa meta jiftakar li qed tieħu ħsiebu u ħsieb uliedhom mill-ġenna.

Ikkwota ħabib tiegħu u saħaq: “Mhux qed nitlob għaliha, għax qed nitlob lilha.”

Ftit wara dan l-inċident, sitt persuni ġew arrestati, inkluż il-perit u anke l-kuntratturi. Sal-lum ħadd għadu ma ttella’ l-Qorti b’rabta ma’ dan il-każ.

More in Kronaka