Sewwieq ta' mutur iweġġa' gravi wara ħabta fil-Gżira

L-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tal-11:30pm

Sewwieq ta’ mutur qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Mikiel Anton Vassalli fil-Gżira. 

L-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tal-11:30pm.

Meta waslu fuq il-post, il-Pulizija sabu li kienet seħħet ħabta bejn mutur li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 37 sena minn Pembroke u vettura li kienet qed tinstaq minn Irlandiż ta’ 44 sena residenti San Ġwann.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna lix-xufier tal-mutur. Huwa ttieħed Mater Dei.

Il-Pulizija għadha qed tinvestiga.

More in Kronaka