Il-każi ta' coronavirus f'Malta jitilgħu għal sebgħa ... mara li siefret mas-sitt pazjent pożittiva

Huma kienu flimkien waqt btala fid-Dolomiti, fin-naħa ta’ fuq tal-Italja

Membru tal-familja tar-raġel Malti li dalgħodu rriżulta pożittiv għall-Coronavirus, ġiet ukoll ikkonfermata li għandha l-COVID-19.

Huma kienu flimkien waqt btala fid-Dolomiti, fin-naħa ta’ fuq tal-Italja. Għalhekk, bħal każijiet kollha preċedenti, dan il-każ ta’ Coronavirus huwa impurtat mill-Italja.

Il-mara se tinżamm fl-IDU fl-Isptar Mater Dei. L-awtoritajiet tas-saħħa huma infurmati li l-mara ma marritx għax-xogħol minn meta ġiet lura Malta.

Il-kundizzjoni tagħha hija waħda tajba.

Il-Gvern fi stqarrija baqa' jappella għall-kalma u responsabbilità. "Il-Gvern qed jieħu dawk il-miżuri kollha neċessarji biex jissalvagwardja is-saħħa tal-poplu Malti," temmet tgħid l-istqarrija.

 

More in Kronaka