Ir-raġel akkużat bil-qtil ta' mara f'Ħaż-Żabbar jwieġeb 'mhux ħati' quddiem il-Qorti

Raġel jitressaq il-Qorti wara l-qtil ta' mara f'Ħaż-Żabbar, li tħalliet b'sikkina f'għonqa f'għadira demm

Raġel minn Ħal Safi kien akkużat bil-qtil ta' Chantelle Chetcuti wara ġlieda f'każin tal-futbol f'Ħaż Żabbar. 

L-akkużat ta' 33 sena u li huwa self employed kien akkużat b'omiċidju volontarju wara attakk b'sikkina tal-kċina fl-istess lokalità nhar il-Ħadd filgħaxija. 

Il-mara kienet attakkata bis-sikkina u tħalliet għal mewtha fuq bankina. Stqarrija tal-Pulizija tgħid illi iktar tard hi ċediet għall-feriti illi ġarbet, fosthom daqqiet ta' sikkina f'għonqa. 

Rapporti fuq il-midja spjegaw kif il-koppja kienet tgħix flimkien f'Ħal Safi u kienu għaddejjin minn inkwiet fir-relazzjoni ta' bejniethom. Jidher illi l-akkużat kien irreaġixxa b'mod ħażin għall-fatt illi din ir-relazzjoni ntemmet u kien ilu jiffastidja lill-vittma għal diversi xhur.

Il-pulizija qalu illi l-vittma u l-agressur kellhom argument barra s-St Paatrick's Club li kompla fit-triq fejn seħħ l-att. Il-vittma ittieħdet l-isptar mimlija demm, bil-qagħda tagħha tmur lura u sussegwentement titlef ħajjitha.

L-Avukat Franco Debono qal li r-raġel qed jgħid li mhux ħati imma mhux qed jitlob il-żelsien mill-arrest. Ir-raġel se jkun akkużat ukoll b’pussess ta’ droga kokaina.

 

Huwa tressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat Charmaine Galea.

More in Kronaka