Aġġornata | Tmut il-mara li qalgħet daqqiet ta' sikkina f'rasha; L-aggressur imur id-Depot

Il-każ seħħ ilbieraħ, fit-8:15pm, fi Triq il-Kbira f’Ħaż-Żabbar

Mara ta’ 34 sena tilfet ħajjitha wara li qalgħet daqqiet ta’ sikkina f’rasha.

Il-każ seħħ ilbieraħ, fit-8:15pm, fi Triq il-Kbira f’Ħaż-Żabbar, bil-Pulizija qed iżżomm taħt arrest raġel ta’ 33 sena minn Ħal Safi.

Il-mara nstabet mill-Pulizija, fit-triq, mitlufa minn sensiha.

Jidher li r-raġel u l-mara kellhom argument fi stabbiliment li jinsab fl-istess triq, bil-ġlieda tkompli fuq barra, bir-raġel allegatament taha daqqiet ta’ sikkina u ħarab minn fuq il-post.

Ambulanza ħadet lill-mara Mater Dei fejn irriżulta li l-ġrieħi kienu serji u din tilfet ħajjitha ftit tas-sigħat wara.

Minn hemm bdiet it-tfittxija għall-allegat aggressur, iżda r-raġel ta’ ruħu b’idejh lill-Pulizija.

Huma mar id-Depot fil-Furjana mimli demm u kellu xi feriti f’idu wkoll.

Ir-raġel ġie arrestat u wara tfittxija li saret fuqu nstab li kellu d-droga.

Dwar il-każ għaddejja inkjesta maġisterjali.

More in Kronaka