Erba' l-isptar inkluż mara tqila wara ħabta f'Bormla

Persuni l-isptar wara inċident f'Bormla

Dan is-sit jinsab infurmat illi llejla seħħet ħabta bejn żewġ karozzi f'Bormla. 

Mill-informazzjoni li waslitilna sa issa jidher illi erba' persuni kellhom jiddaħħlu l-isptar, inkluż mara tqila. Għalkemm mhux ċar x'inhi l-kundizzjoni jidher li wħud minnhom sofrew minn ksur. 

Karozza minnhom kienet tat-tip Toyota Vitz u l-oħra kienet Toyota RAV4

(Aktar informazzjoni malli taslilna)

More in Kronaka