Ritratti | Jinqabad isuq bla liċenzja u fil-pussess tad-droga

Iż-Żagħżugħ ta’ 22 sena se jkun qed jitressaq il-Qorti aktar tard illum

Żagħżugħ ta’ 22 sena, ġie arrestat waqt ronda li kienu qed jagħmlu l-Pulizija hekk kif inqabad fil-pussess tad-droga.

Il-Pulizija kienu qed jagħmlu r-ronda tagħhom f’San Ġwann meta nnutaw karozza tinstaq kontra l-one-way fi Triq il-Kappella.

Minnufih il-Pulizija segwit il-vettura u waqfet il-karozza fi Vjal ir-Riħan. Is-sewwieq ma kellux liċenzja.

Saret tfittxija fil-karozza u nstabet id-droga. It-tfittxijiet komplew fir-residenza tiegħu u hemm instab basket u borża b’ammont sostanzjali ta’ droga, miżien u oġetti oħra relatati mat-traffikar.

Iż-żagħżugħ qed jinżamm arrestat u mistenni jitressaq il-Qorti llum.

More in Kronaka