Id-Dwana twaqqaf tliet passiġġieri li bejniethom kienu qed iġorru €45,000 fi flus kontanti

Fl-2019, id-Dwana ħadmet fuq 66 każ simili bl-ammont totali ta' flus mhux iddikjarati kien jammonta għal €1,547,116

L-uffiċjali tad-Dwana fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta sabu ‘l fuq minn €45,000 fi flus kontanti mhux iddikjarati fi tliet każijiet separati.

Fl-ewwel każ, l-uffiċjali tad-dwana sabu €31,200 fi flus kontanti li kienu qed iġorru żewġ persuni li kienu se jħallu Malta lejn pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropa.

Aktar tard bis-saħħa ta’ wieħed mill-klieb tad-dwana twaqqaf passiġġier ieħor li kien se jħalli Malta lejn pajjiż terz u fuqu kellu  €13,880.

Fl-2019, id-Dwana ħadmet fuq 66 każ ta’ persuni li kienu ħerġin jew waslu Malta bi flus kontanti mhux iddikjarati. L-ammont totali kien jammonta għal €1,547,116 fi flus kontanti mhux iddikjarati.

Skont il-liġijiet nazzjonali u Ewropej il-passiġġieri huma obbligati li jiddikjaraw jekk ikunu se jġorru fuqhom €10,000 jew aktar fu flus kontanti.

More in Kronaka