Anzjan iweġġa' wara li ttajjar f'San Ġiljan

L-inċident seħħ kmieni dalgħodu f’Telgħet Birkirkara f’San Ġiljan

Anzjan weġġa’ gravi wara li tajjar kmieni dalgħodu f’Telgħet Birkirkara f’San Ġiljan.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sebgħa u għoxrin.

Jidher li l-anzjan, li għandu 79 sena, intlaqat minn vettura misjuqa minn raġel ta’ 56 sena.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li taw l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lil vittma l-Isptar Mater Dei. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett. 

More in Kronaka