Surġent off-duty isalva anzjan li waqa' waqt li kien qed jiġri

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-siegħa u nofs ta’ waranofsinhar fl-akwati ta’ Triq il-Ħamri, Għajnsielem

Surġent tal-Pulizija li kien ‘off duty’ salva anzjan li waqa’ waqt li kien qed jiġri qalb l-għelieqi fl-akwati ta’ Triq il-Ħamri, Għajnsielem.

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-siegħa u nofs ta’ waranofsinhar. 

Il-Pulizija tad-Distrett marru fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li r- raġel, li għandu 72 sena u residenti Għajnsielem waqa’ waqt li kien qiegħed jiġri u sofra xi ġrieħi. 

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura meħtieġa. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.

More in Kronaka