Ħdax-il immgrant ġew arrestati wara dik li l-Pulizija sejħitilha bħala "rewwixta" fis-Safi Barracks f'Ħal Kirkop
Il-Pulizija marru fil-post, ftit wara nofsilejl wara li deher xi duħħan iswed u rriżulta li kienet tqabbdet tinda u saret xi ħsara fil-post minn grupp ta' immigranti.
Waqt li kienet qed tingħata l-assistenza neċessarja, Kuntistabbli tal-Pulizija kien milqut minn biċċiet tal-ħadid li kienu qed jiġu mwaddba mill-immigranti u kellu jittieħed iċ-Ċentru tas-Saħħa.
Fuq il-post kienu msejħa membri tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw n-nirien.
L-immmigranti arrestati qed jinżammu fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija għal iżjed stħarriġ