Raġel ta' 24 sena jsofri minn ġrieħi gravi

Dan l-inċident seħħ illum madwar nofsillejl

Illum, għall-ħabta ta’ nofsillejl , il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq il-Mungbell, iż-Żebbuġ, Għawdex. Il-Pulizija tad-Distrett flimkien mar-Rapid Intervention Unit marru minnufih fuq il-post, fejn minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li raġel ta’ 24 sena mis-Somalja residenti iż-Żebbuġ, Għawdex, kien safa’ aggredit b’oġġett bil-ponta u li jaqta’.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura meħtieġa. Iktar tard, ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi. Dwar dan il-każ qed jinżamm raġel ta’ 23 sena mis-Somalja residenti iż-Żebbuġ, Għawdex, għal aktar stħarriġ.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

More in Kronaka