Anzjana tweġġa' wara li waqgħet fuq xarabank

L-inċident seħħ illum għall-ħabta tal-11:30pm fi Triq il-Mużew, ir-Rabat

Anzjana ta’ 78 sena qed issofri minn ġrieħi gravi wara li waqgħet fuq xarabank fi Triq il-Mużew, ir-Rabat.

L-inċident seħħ illum għall-ħabta tal-11:30pm.

Ix-xarabank kienet qed tinstaq minn Filippin ta’ 50 sena residenti l-Ħamrun. 

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-anzjana l-Isptar Mater Dei għall-kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

More in Kronaka